Ittri | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Minn Frank Farrugia,
Ta’ Xbiex
Tgħid wasal iż-żmien li jiżżarmaw il-partiti politici biex il-poplu jibqa’ magħqud?
Ħaġa ta’ diqa tara lill-Maltin maqsumin f’żewġ kampijiet opposti kull darba li jkun hemm elezzjoni. Jiddispjaċik tara familji maqsuma, ġirien jinbxu lil xulxin, kollu tort
tal-politika.
Hemm mezz kif dan l-għelt jinqata’. L-ewwel li jrid isir hu li tintemm
is-sistema ta’ partiti.
Il-Parlament jibqa’ magħmul minn 65 membru. Kull ċittadin li hu interessat li jkun membru tal-Parlament jkun jista’ joħroġ bħala kandidat kulmeta jkun hemm elezzjoni. Ma jkunx hemm limitu għal numru ta’ kandidati, iżda kulmin jitfa’ l-kandidatura jrid jagħmel depożitu ta’ ċerta somma. Din tingħata lura jekk il-kandidat ikun ġab ċertu persentaġġ ta’ wieħed jew tnejn fil-mija. tal-voti mitfugħa. Dan biex is-sistema ikollha ċerta serjetà.
L-elezzjoni ssir normali billi n-nies jagħżlu lil min iridu huma biex ikun Membru tal-Parlament fost
il-kandidati kollha. Jekk iridu jagħżlu mhux iktar minn 65 billi jagħmlu sempliċiment salib ħdejn l-isem.
L-ewwel 65 li jkunu ġabu l-akbar numru ta’ voti jiġu eletti bħala Membri tal-Parlament.
Minn fosthom dawn jagħzlu l-Prim Ministru. Jintgħażel Prim Ministru min jippreżenta ruħu għall-kariga u ssir votazzjoni b’eliminazzjoni sakemm kandidat iġib iktar minn 50 fil-mija tal-voti.
L-għażla tal-ministri titħalla f’idejn il-Prim Ministru, iżda min jiġi magħzul irid jkun konfermat bil-voti tal-Membri tal-Parlament b’maġġoranza sempliċi skond il-voti li jkunu ġabu.
Alternattiva oħra tkun li l-Membri Parlamentari joħorġu għall-kariga ta’ Ministru u l-għażla ssir mill-Membri tal-Parlament, l-istess b’maġġoranza sempliċi. L-ispeaker jintagħżel mill-Parlament minn fost iċ-ċittadini Maltin. Il-Prim Ministru u l-Kabinet ikunu responsabbli lejn il-Parlament.
Il-liġijiet, ordinanzi jew regolamenti jridu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament b’maġġoranza sempliċi bħalma diġà qed jiġri.
Il-leġislatura għandha tibqa’ wkoll għal ħames snin. L-età minima tibqa’ 18 il-sena. M’hemmx limitu għal kemm-il darba ċittadin ikun jista’ joħroġ bħala kandidat għall-Parlament. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|