Ittri | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Minn Eddie Privietera,
Mosta
Il-Partit Laburista għandu f’idejh karta qawwija ħafna minħabba li l-Gvern Nazzjonalista llum għandu biss maġġoranza ta’ siġġu wieħed. L-Oppożizzjoni Laburista tista’ tiddeċiedi li tħalli l-Gvern jaqdef waħdu biex jara kif se jmexxi x-xogħol Parlamentari mingħajr ftehim ta’ pairing.
Iżda hemm kunsiderazzjoni oħra li jista’ jagħmel il-partit biex iwaqqaf l-iżvantaġġ u d-diskriminazzjoni kbira li qed isofri minnha f’diversi istituzzjonijiet.
Jekk il-Prim Ministru ma jaċċettax li jwaqqaf dan l-iżvantaġġ li għandu l-Partit Laburista, dan ikun ifisser li jrid li Gvern Nazzjonalista jibqa’ jgawdi vantaġġ anti-demokratiku fuq il-Partit Laburista. F’dak il-każ l-MLP ikollu mitt elf raġun jiċħad ftehim ta’ pairing u jħalli lill-Prim Ministru jiffaċċja waħdu l-problema ta’ kif se jmexxi x-xogħol parlamentari!
Fost il-kundizzjonijiet li nħoss li għandha tinsisti fuqhom l-Oppożizzjoni Laburista hemm dawn:
1. Il-Bord tad-Diretturi u l-Bord Editorjali
tal-PBS għandhom ikunu maħturin bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u ċ-Chairman tagħhom ikun aċċettabbli għaż-żewġ naħat.
2. L-istess ħaġa għall-Awtorità tax-Xandir.
Iċ-Chairman irid jinħatar b’kunsens bejn
il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
3. Il-Kamra ta’ l-Aħbarijiet tal-PBS għandha tkun immexxija minn persuna aċċettabbli
għaż-żewġ partiti.
4. Programmi ta’ natura ta’ ‘ġrajjiet kurrenti’ għandhom jittellgħu biss minn ġurnalista tal-PBS li jkunu aċċettabbli għaż-żewġ partiti.
5. Programmi tip ta’ ‘Xarabank’ m’għandhomx jittrattaw suġġetti ta’ natura politika.
6. L-ingaġġ u promozzjonijiet fil-PBS għandhom isiru b’mod trasparenti u fuq bażi ta’ meritokrazija minn bord aċċettabbli għal Bord tad-Diretturi kif riformat.
7. Il-Bordijiet tal-MEPA għandhom jinħatru bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni taħt Chairmen li jgawdu l-fiduċja taż-żewġ naħat. B’hekk titrażżan il-korruzzjoni, l-abbużi u l-inġustizzji fl-għoti tal-permessi.
8. Il-Kummissjoni dwar l-Inġustizzji għandha wkoll tinħatar bi qbil bejn iż-żewġ naħat u titmexxa minn persuna aċċettabbli għaż-żewġ partiti.
9. L-istess il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.
10. Il-Kapijiet tal-Korpi tal-Pulizija u
tal-Armata għandhom jinħatru b’kunsens bejn gvern u Oppożizzjoni. Dan hu importanti minħabba n-natura sensittiva u vitali
għall-ħarsien
tas-sigurtà ta’ pajjiżna. U ħalli ma titkompliex is-sistema ta’ partiġġaniżmu politiku fl-ingaġġ u l-promozzjonijiet f’dwn iż-żewġ korpi.
11. Il-liġi tal-‘Whistle Blower’ għandha tiddaħħal fl-iqsar żmien possibbli u tiġi formulata u maqbula bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
12. Il-President tar-Repubblika għandu jinħatar bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Parlament.
Ikun ġifa l-Partit Laburista jekk jasal biex jilħaq ftehim dwar il-pairing mal-gvern bla ma jakkwista kundizzjonijet biex fl-aħħar tibda ssir ġustizzja mal-Partit Laburista u ma jitħalliex fi żvantaġġ enormi, żvantaġġ li qed jiġi rifless fl-elezzjonijiet ġenerali.
Minn Salvu Debono,
Kirkop
Ir-riżultat ta’ l-aħħar elezzjoni hu dak li hu. Mhux faċli li tirbaħ
il-maġġoranza tal-voti meta il-libertinaġġ, l-arroganza u l-korruzjoni saru parti mill-ħajja tal-Maltin. Bħalma dejjem għallmet l-esperjenza, iż-żaqq il-mimlija dejjem ġiet taqa’ u tqum mill-vojta.
X’taħsbu dwar l-4,000 Malti li l-gvern tal-PN ġab b’Lm10 minn barra, inkluż missjunarji, apparti dawk li ħarġu moribondi mill-isptarijiet u istituzzjonijiet tax-xjuħ u sorijiet
tal-klawsura, biex jivvutaw għax kull vot jgħodd?
Dan sar mit-taxxi tal-poplu. Mhux ta’ b’xejn li l-MEPA hija l-ġojjell ta’ Lawrence Gonzi għax fl-aħħar ġimgħa b’bord ġdid ħarġulu 2,220 permess biex tawh vantaġġ fuq l-MLP.
Matul is-snin taħt
it-tmexxjia ta’ Alfred Sant twettqu żviluppi kbar f’dak li hu bini ġdid tad-dar ċentrali ta’ l-MLP, stazzjon tar-radju modern u tat-televixin,
il-gazzetta ta’ kull nhar ta’ ħadd u l-maltastar.com minbarra organizzazzjoni
fit-tmexxija ta’ l-istess partit.
Ta’ dawn għandu mertu kbir. Barra minn hekk għamel żviluppi fl-oqsma dipartimentali kollha f’Malta u Għawdex fit-22 xahar li dam Prim Ministru ta’ Malta.
Dan kollu m’għandux jintesa. Issa ninsabu fi triq ġdida wara li Sant irreżenja volontarjament.
Il-mexxej il-ġdid irid jiftakar li meta jkun fit-tmun tal-pajjiż irid ikollu l-ħila li jqassam il-ġid skond il-mertu. Irid jissalvagwardja l-ħarsien tal-patrimonju Malti ħalli ma nkomplux nitilfu s-sovranità tagħna.
Nappella wkoll lill-Partit biex meta jiġi għall-pairing fil-parlament, li l-gven tal-PN b’membru wieħed aktar fil-Kamra se jkollu bżonnu bilfors, jinnegozja xi kundizzjonijiet.
L-ewwel kundizzjoni għandha tkun li ssir ġustizzja ma’ l-impjegati fiċ-Ċivil bi twemmin Laburista u li jkun hemm bilanċ fil-bordijiet tal-gvern. Hekk inkunu nistgħu niġġudikaw lill-Prim Ministru Gonzi fuq dak li jagħmel!
|
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|