MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Marzu 2008 Nr 71

Ix-xnigħat ta’ l-elezzjoni

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Matul il-ġurnata tal-bieraħ ma naqsux xnigħat differenti b’rabta ma’ l-elezzjoni ġenerali.
Waħda minn dawn ix-xnigħat kienet li fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista rċevew madwar 1,000 dokument tal-vot ta’ kaċċaturi li bi protesta ma marrux jivvutaw. Gordon Pisani, Direttur Informazzjoni tal-PN, qal li ma kienx jaf b’din il-ħaġa.
Xniegħa oħra li bdiet mill-Ġimgħa kienet li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef u d-Deputat Mexxej Laburista Michael Falzon spiċċaw fl-idejn.
Il-verżjonijiet minn ħin għall-ieħor bdew jinbidlu b’telefonati anke jissuġġerixxu li s-Segretarju Ġenerali tal-MLP qala’ daqqa ta’ ponn.
Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Jason Micallef ċaħad kompletament din l-aħbar u b’daħka qal li “Michael Falzon qiegħed ħdejja. Din gidba sfaċċata!”
Micallef sostna li mill-Ġimgħa sas-Sibt sema’ numru ta’ verżjonijiet differenti u li turi kemm din kienet gidba faħxija.
U biex il-bubun ikompli jagħqad fil-Kredu daħal ukoll il-Ministru Austin Gatt. Xnigħat oħra kienu jgħidu li Gatt spiċċa l-vittma f’daqqa ta’ ponn li allegatament ingħatatlu mingħand pampalun Belti li hu eks sportiv. Aħbar li kienet miċħuda mis-Segretarjat Privat tal-Ministru.

Intervista
Xaqq dawl għal tfal li jbatu

Franica Pulistintervista familja li toffri servizz ta' foster care



Il Punt
Il-ħtieġa ta' inkjesta
Joe Sant



Emmanuel Micallef
Il-poplu tkellem u iddeċieda...


Carmelo Mifsud Bonnici

Pajjiżna tilef raġel



Wenzu Mintoff

Bejn sema u ilma

Bħalissa ninsabu bejn sema u ilma għal dak li huwa riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali la s-sinjuri Ingliżi li kienu jaħkmuna, għoġobhom iwikkulna sistema elettorali arkajika li tagħtik ir-riżultat xi 15-il siegħa wara li tkun intemmet il-votazzjoni. L-elezzjonijiet f'pajjiżi kbar bħall-Istati Unit u r-Renju Unit jużaw sistemi elettorali li jagħtuk ir-riżultat f'temp ta' sagħtejn tlieta, filwaqt li aħna, biċċa blata ġo nofs il-Mediterran, indumu nilagħbu bil-bżallu għal dawk is-sigħat kollha. Imma llum sebaħ jum ġdid u kmieni wara nofsinhar ikollna wkoll Gvern ġdid, l-10 wieħed mill- Indipendenza lil hawn.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan