Aħbarijiet | 09 ta’ Marzu 2008 Nr 71
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
Jekk ħsibt li l-ħolma li tirbaħ somma flus twettqet aħsibha darbtejn. Bosta Maltin f’dawn l-aħħar ġimgħat irċevew ittra mingħand organizzazzjoni Spanjola li infurmathom li rebħu somma sostanzjali ta’ flus.
Jekk irċevejtu xi ittra bħal din mingħand Loterìa Primitiva, għid li hi ferħa bla temma.
L-ittra tgħid li min irċieva l-ittra hu eliġibbli għas-somma ta’ €615,810.00.
L-ittra bl-Ingliż tgħarraf lil min irċeviha li l-biljett b’numru partikulari rebaħ f’lotterija Ewropea. Hi ġġorr firma u żewġ timbri, stampati minn kompjuter mhux miżjuda wara bil-linka, żewġt iħjieli oħra li juru li l-ittra hi falza.
Iżda l-uffiċjalità li tintuża fl-ittra, flimkien man-numri, jistgħu jfixklu lil dak li jkun li jasal biex jemmen li verament rebaħ f’lotterija li qatt ma ħa sehem fiha.
Fl-ittra hemm numru tat-telefon fejn wieħed irid iċempel u isem ta’ persuna partikolari li jrid ikellem. Ma’ l-ittra hemm karta oħra fejn wieħed irid jimla ċerti dettalji fosthom id-dettalji tal-bank inkluż in-numru tal-kont. Il-parti t’isfel titlob li tiġi iffirmata bħala mezz ta’ approvazzjoni.
Din il-gazzetta ċemplet biex tara kif taħdem eżatt is-sistema. Malli tajnih isem il-persuna fuq in-naħa l-oħra tal-linja qalilna nistennew sakemm jivverifika n-numru tar-referenza li jinsab fuq il-karta. Skond din il-persuna l-isem tal-ġurnalista ta’ Illum kien jaqbel ma’ l-informazzjoni li kellu fil-kompjuter, xi ħaġa li ma setgħetx tkun għax tajnih isem b’ieħor.
Meta staqsejnih x’għandna nagħmlu biex niġbru l-flus qalilna biex nibagħtu l-karta bid-dettalji b’fax jew b’email.
Staqsejnih ukoll x’jisimha l-kumpanija tas-sigurtà minn fejn kienu se jgħaddu l-flus. Qalilna li l-kumpanija jisimha Euro Security u hi fergħa ta’ Loterìa Primitiva. Skond hu din l-ittraintbagħtet lil diversi rebbieħa oħra madwar l-Ewropa. Fuq il-karta li rċevew in-nies ‘fortunati’ hemm miktub li madwar l-Ewropa kollha rebħu 17-il persuna oħra. Madankollu, meta mistoqsi kif jista’ jkun li persuna oħra f’Malta rċeviet ittra simili, l-imbruljun, fuq it-telefon, qalilna li hemm 26,000 persuna oħra madwar l-Ewropa li rebħu.
Meta staqsejnih kif ġab l-informazzjoni dwar l-individwu Malti li suppost rebaħ qalilna li jġibuha minn fuq il-White Pages ta’ l-Air Malta. Fil-verità ma jeżistu l-ebda White Pages ta’ l-Air Malta.
Biex il-borma tkompli titħawwar, meta erġajna staqsejnih kif jista’ jkun li persuna oħra li konna nafu rċeviet l-istess ittra, l-Ispanjol insista li dik l-ittra setgħet kienet fażulla. Qalilna wkoll biex il-karta ma nuruha lil ħadd għax inkella ħaddieħor jista’ jeħdilna n-numru ta’ referenza u hekk jeħdilna l-flus.
Din l-ittra mhi xejn għajr qerq intenzjonat biex jiffroda lin-nies minn flushom u għalhekk kulmin jirċievi xi ittra, jew anki email, tavżah li rebaħ xi somma sabiħa kull m’għandu jagħmel hu li jarmihom fil-landa taż-żibel fit-trash tal-kompjuter. |
|
Franica Pulistintervista familja li toffri servizz ta' foster care
Editorijal
Il Punt
Joe Sant

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Bħalissa ninsabu bejn sema u ilma għal dak li huwa riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali la s-sinjuri Ingliżi li kienu jaħkmuna, għoġobhom iwikkulna sistema elettorali arkajika li tagħtik ir-riżultat xi 15-il siegħa wara li tkun intemmet il-votazzjoni. L-elezzjonijiet f'pajjiżi kbar bħall-Istati Unit u r-Renju Unit jużaw sistemi elettorali li jagħtuk ir-riżultat f'temp ta' sagħtejn tlieta, filwaqt li aħna, biċċa blata ġo nofs il-Mediterran, indumu nilagħbu bil-bżallu għal dawk is-sigħat kollha. Imma llum sebaħ jum ġdid u kmieni wara nofsinhar ikollna wkoll Gvern ġdid, l-10 wieħed mill- Indipendenza lil hawn.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|