MediaToday

Aħbarijiet | 09 ta’ Marzu 2008 Nr 71

Il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti

Fit-12 ta’ April li ġej il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti se jorganizza seminar pubbliku fuq il-kitba tal-kliem li daħal u dieħel fil-Malti mill-Ingliż u qed jistieden lil kulmin hu interessat biex jagħti fehmtu.
Dan hu t-tieni seminar fis-sensiela “Innaqqsu l-Inċertezzi” li bih l-Kunsill qed jagħti lill-Malti dehra aktar aġġornata u dinjituża. Għalkemm ir-regoli attwali jagħtu xi linji dwar kif għandu jinkiteb il-kliem li ġej mill-Ingliż, dawn il-linji huma wiesgħa u vagi ħafna, tant li għad hawn bosta inċertezzi u nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni tagħhom fi kliem partikulari.
Din hi sitwazzjoni ta’ ħsara għall-iżvilupp armonjuż tal-kitba Maltija u ta’ tfixkil għal bosta ġurnalisti, tradutturi u għalliema fix-xogħol tagħhom. Mhux ta’ b’xejn li l-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti kultant żmien qed tkun it-tema ta’ korrispondenza mqanqla fil-gazzetti tagħna.
Dejjem bil-ħsieb li jwarrab it-tfixkil u jnaqqas l-inċertezzi fil-kitba ta’ lsienna, il-Kunsill tal-Malti ħaseb biex, qabel ma jikkunsidra li jirrevedi, jiċċara jew jibdel ir-regoli eżistenti, ilaqqa’ lil kulmin hu interessat f’dan id-dibattitu biex jgħid tiegħu f’seminar ta’ ġurnata.
Dan ikun ezerċizzju li jinvolvi lil kulmin hu interessat, imma b’mod speċjali l-għalliema, il-qarrejja tal-provi, it-tradutturi, il-kittieba, il-ġurnalisti, l-eżaminaturi u l-lingwisti. Min jinteressah jattendi dan is-seminar hu mitlub javża lill-Kunsill billi jibgħat fuq kunsilltalmalti@gov.mt. Żur www.kunsilltalmalti.gov.mt. Kulmin jixtieq jikteb fehmtu fuq is-suġġett jista’ jibgħatha fl-istess indirizz elettroniku.


Inizjamed tiġbor fondi għal żewġ skejjel fil-Kenya

Inizjamed bl-appoġġ ta’ SKOP, il-Pjattaforma Nazzjonali ta’ l-Għaqdiet Maltin li jaħdmu fis-settur ta’ l-Iżvilupp Internazzjonali, ħeġġet lill-pubbliku Malti jgħin lil żewġ skejjel - Liberty Community School u Maendeleo Learning Centre - fis-slums ta’ Nairobi fil-Kenya, li huma fi sħubija mal-għaqda Maltija permezz ta’ proġett edukattiv Ewropew.
Liberty Community School irrappurtat 10 itfal neqsin aktarx minħabba l-problemi li nqalgħu wara l-elezzjoni. Fil-każ ta’ din l-iskola s-sid ta’ l-art ordna lill-amministrazzjoni biex tevakwa l-art sa l-aħħar ta’ Frar minħabba li hi ta’ tribù differenti minn tiegħu.
Għalkemm diġà nstabet art oħra, l-iskola qed tiffaċċa problemi kbar minħabba li jonqosha faċiltajiet sanitarji bażiċi, elettriku u tmien klassijiet biex jakkomodaw il-280 student tagħha. Għalhekk, l-iskola għandha bżonn ta’ €10,000 bħala spejjeż għall-bini l-ġdid li jinkludu ħajt madwar l-iskola għas-sigurtà tat-tfal.
Maendeleo Learning Centre, skola oħraa fis-slums u mmexxijja minn The Reuben Community Centre, għandha popolazzjoni ta’ 600 student li madwar 100 minnhom huma orfni minħabba l-epidemija ta’ l-HIV/AIDS. Din l-iskola għandha bżonn fondi biex jitlestew faċilitajiet sanitarji, klassijiet, dormitorji għal ħafna mill-orfni u xatba tal-ħadid għas-sigurtà tat-tfal.
Dawn l-ispejjeż jitilgħu għal €12,000. Din l-iskola għandha wkoll programm ta’ l-ikel għall-istudenti tagħha. Dan il-programm, flimkien mal-pagi tal-għalliema u ta’ l-amministrazzjoni, jiswew €34,500 fis-sena.
Għaldaqstant Inizjamed qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku. Id-donazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq il-kont BOV ta’ Inizjamed “Account Kenya”, numru 40016902262.
Il-fondi li jinġabru u l-infiq se jkunu kkordinati minn Inizjamed, il-Humanist Centre ta’ Nairobi u l-iskejjel infushom.
Inizjamed tintrabat li tippubblika rapport dettaljat tal-fondi li jinġabru u l-infiq tagħhom kemm fuq www.inizjamed.org kif ukoll permezz ta’ stqarrijiet għall-istampa. Min jixtieq iktar informazzjoni jista’ jibgħat fuq kenyafunding.inizjamed@gmail.com.

Intervista
Xaqq dawl għal tfal li jbatu

Franica Pulistintervista familja li toffri servizz ta' foster care



Il Punt
Il-ħtieġa ta' inkjesta
Joe Sant



Emmanuel Micallef
Il-poplu tkellem u iddeċieda...


Carmelo Mifsud Bonnici

Pajjiżna tilef raġel



Wenzu Mintoff

Bejn sema u ilma

Bħalissa ninsabu bejn sema u ilma għal dak li huwa riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali la s-sinjuri Ingliżi li kienu jaħkmuna, għoġobhom iwikkulna sistema elettorali arkajika li tagħtik ir-riżultat xi 15-il siegħa wara li tkun intemmet il-votazzjoni. L-elezzjonijiet f'pajjiżi kbar bħall-Istati Unit u r-Renju Unit jużaw sistemi elettorali li jagħtuk ir-riżultat f'temp ta' sagħtejn tlieta, filwaqt li aħna, biċċa blata ġo nofs il-Mediterran, indumu nilagħbu bil-bżallu għal dawk is-sigħat kollha. Imma llum sebaħ jum ġdid u kmieni wara nofsinhar ikollna wkoll Gvern ġdid, l-10 wieħed mill- Indipendenza lil hawn.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan