Aħbarijiet | 09 ta’ Marzu 2008 Nr 71
Mark Micallef,
Msida
L-iskate park il-ġdid
fl-Imsida mela vojt li ilu jinħass fost ċertu żgħażagħ u tfal. Minix dilettant ta’ hekk imma għandi sħabi li jgħożżu dan l-isport jew passatemp u qatt ma kellhom l-opportunità li jipprattikawh x’imkien sura ta’ nies.
Milli jgħiduli sħabi dan il-park għandu faċilitajiet tajbin biex jipprattikaw kif suppost l-isport tagħhom.
Madankollu li dejjaqni ftit hu l-fatt li dan l-iskate park jinsab f’nofs arterja prinċipali tat-traffiku. F’kull ħin tal-ġurnata dik iż-żona hi fgata bil-karozzi u ma tridx tkun għaref biex tinduna li l-iskate park hu espost għal dħaħen kbar, speċjalment minħabba l-fatt li dan jinsab taħt il-livell tat-triq.
Bi ftit iktar ħsieb il-park seta’ jissebbaħ b’ringiela siġar u ħxejjex mad-dawra tiegħu biex almenu ikun hemm barriera naturali bejn it-triq u ż-żona tad-divertiment. Mhux għax id-dħaħen kienu se jinqatgħu imma s-siġar itaffu ftit mill-problema għax jassorbu l-arja ħażina li qed jibilgħu d-dilettanti ta’ l-iskate park.
Suġġeriment li nagħmel hu li fiż-żona għandu jkun hemm apparat apposta li jkejjel il-ħmieġ fl-arja ħalli min juża l-iskate park ikun jaf jekk hux fil-periklu jew le mit-tniġġis. |
|
Franica Pulistintervista familja li toffri servizz ta' foster care
Editorijal
Il Punt
Joe Sant

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Bħalissa ninsabu bejn sema u ilma għal dak li huwa riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali la s-sinjuri Ingliżi li kienu jaħkmuna, għoġobhom iwikkulna sistema elettorali arkajika li tagħtik ir-riżultat xi 15-il siegħa wara li tkun intemmet il-votazzjoni. L-elezzjonijiet f'pajjiżi kbar bħall-Istati Unit u r-Renju Unit jużaw sistemi elettorali li jagħtuk ir-riżultat f'temp ta' sagħtejn tlieta, filwaqt li aħna, biċċa blata ġo nofs il-Mediterran, indumu nilagħbu bil-bżallu għal dawk is-sigħat kollha. Imma llum sebaħ jum ġdid u kmieni wara nofsinhar ikollna wkoll Gvern ġdid, l-10 wieħed mill- Indipendenza lil hawn.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|