ITTRI | 09 ta’ Marzu 2008 Nr 71
Michael Woods,
Isla
Niddikjara li l-pożizzjoni tiegħi fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista mhix marbuta mal-każ ta’ ħija Thomas Woods iżda għal raġunijiet li eżistew qabel il-każ ta’ ħija. Tant dan hu minnu li kemm jien kif ukoll marti konna irriżenjajna mill-Kumitat Sezzjonali ta’ l-Isla fit-30 ta’ Settembru 2002.
Fl-istess żmien kemm jien kif ukoll marti irriżenjajna wkoll minn membri u kull kariga li seta’ kellna fil-PN u dan ħafna qabel ma nqala’ l-każ ta’ ħija.
Tant hu hekk li fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta’ l-2004 la jien u lanqas il-mara ma morna nivvutaw. |
|
Franica Pulistintervista familja li toffri servizz ta' foster care
Editorijal
Il Punt
Joe Sant

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Bħalissa ninsabu bejn sema u ilma għal dak li huwa riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali la s-sinjuri Ingliżi li kienu jaħkmuna, għoġobhom iwikkulna sistema elettorali arkajika li tagħtik ir-riżultat xi 15-il siegħa wara li tkun intemmet il-votazzjoni. L-elezzjonijiet f'pajjiżi kbar bħall-Istati Unit u r-Renju Unit jużaw sistemi elettorali li jagħtuk ir-riżultat f'temp ta' sagħtejn tlieta, filwaqt li aħna, biċċa blata ġo nofs il-Mediterran, indumu nilagħbu bil-bżallu għal dawk is-sigħat kollha. Imma llum sebaħ jum ġdid u kmieni wara nofsinhar ikollna wkoll Gvern ġdid, l-10 wieħed mill- Indipendenza lil hawn.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|