MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70

Eks ħaddiema tas-Sea Malta għadhom ma tħallsux

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali 63 eks ħaddiem tas-Sea Malta li l-impjieg tagħhom intemmilhom f’Diċembru tal-2005 irċevew ittra li fiha l-likwidaturi tal-kumpanija fissru x’inhi r-raġuni għala għadhom ma tħallsux tal-perjodu tan-notice kif stipulat mill-liġi.
Illum hi infurmata li dan il-każ wasal ukoll quddiem il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ġimagħtejn ilu Gonzi rċieva email li fiha ħaddiema infurmawh li s’issa lanqas biss għadhom irċevew il-ħlas dovut lilhom.
It-63 ħaddiem huma kollha ħaddiema ta’ l-art u ma jinkludux magħhom lill-baħħara li wkoll għadhom qed jistennew ħlasijiet.
Din il-gazzetta għandha tagħrif li kull ħaddiem ta’ l-art għandu jieħu bejn Lm1,000 u Lm3,000, ċifra li meta tgħodd il-ħlas ta’ 63 ħaddiem f’daqqa tammonta għal viċin l-€465,874 (Lm200,000).
Fl-ittra li rċevew nhar it-Tlieta li għadda, l-eks ħaddiema ta’ l-art tas-Sea Malta kienu mgħarrfa mil-likwidaturi bl-aħħar sitwazzjoni.
“Kif naħseb tafu, aħna konna ipproponejna li l-kredituri kollha jaqblu li intom titħallsu mil-ewwel in-notice money kollu imma l-ex ħaddiema baħħara kienu l-uniċi mill-kredituri li opponew għal dan. In vista ta’ din l-oppożizzjoni aħna rridu bilfors nistennew l-għeluq tal-proċeduri kollha tal-konkorsi tal-kredituri li għadhom għaddejjin.”
L-ittra tgħid ukoll li “qabel ma jingħalqu dawn il-proċeduri l-likwidaturi ma jistgħux iħallsu lil ħadd.”
Il-likwidaturi jgħidu li “id-dewmien kollu f’dawn l-istess proċeduri ġej mill-intoppi u minn domandi għal informazzjoni illi ħafna minnha, fil-fehma tagħna irrilevanti, li qiegħdin jitolbu l-baħħara permezz ta’ l-avukat tagħhom.”
B’hekk aktar minn sentejn wara li ntemmilhom l-impjieg dawn il-ħaddiema għadhom mingħajr ħlas.

Intervista
“We are here to stay”

Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell


Editorijal
Aħseb u xtarr


Il Punt
Mid-Djarju ta' Ċikku l-Lajburist
Mario Galea


TONI u PEPPI
Saħħa bi ħlas?


Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu ħaddiem, pajjiż ħawtiel



X'kien Jgħid
It-tiġrija sal-barkun



Wenzu Mintoff

Barumbati

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan