MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70

Saċerdot jindaħal fil-politika fl-Imsida

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

It-tempra politika jidher li bdiet titla’ wkoll għal moħħ ċerti saċerdoti. Din il-gazzetta rċeviet numru ta’ ilmenti kontra saċerdot li nhar is-Sibt 23 ta’ Frar, fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Imsida, wissa lin-nies biex ma jivvutawx għall-Alternattiva Demokratika jew għall-Azzjoni Nazzjonali.
Il-każ seħħ fil-quddiesa li ħarġet għall-ħabta tal-5.15pm.
Illum talbet ir-reazzjoni tal-Arċisqof Pawl Cremona. L-Arċisqof ikkonferma li “hekk kif sar jaf dwar il-każ tkellem mas-saċerdot konċernat.”
Iżda l-Kurja qed iżżomm fommha sieket dwar numru ta’ mistoqsijiet fosthom jekk dan is-saċerdot għamilx tajjeb jew le li widdeb lill-fidili preżenti biex ma jivvutawx għal żewġ partiti partikolari. Staqsejna wkoll jekk il-Kurja hix qed tgħid li dan is-saċerdot għandu l-appoġġ ta’ l-Arcisqof f’dak li qal u jekk ittiħdux xi passi fil-konfront ta’ dan is-saċerdot. Il-qassis inkwistjoni hu magħruf għat-twemmin politiku tiegħu.
L-uniku risposta mill-Kurja ta’ l-Arċisqof wara l-aħħar mistoqsijiet tagħna kienet li “nixtiequ nibqgħu mat-tweġiba li għaddejnilek diġà.”
Il-ġimgħa li għaddiet l-Isqfijiet Maltin ħarġu ittra pastorali li fiha “ħeġġew għal għażla tajba fl-elezzjonijiet, kemm ta’ valuri, ta’ prinċipji kif ukoll ta’ proġetti.”
L-Isqfijiet wissew biex il-vot “għandu jsir mingħajr ma nitilfu l-valuri fundamentali bħalma huma d-dinjità ta’ kull persuna, hi ta’ liema nazzjon hi, mit-tnissil sal-mewt; u l-ħarsien fil-prattika tal-valuri taż-żwieġ u tal-familja. Iċ-ċittadin għandu dmir li jivvota b’dawn il-valuri quddiem għajnejh,” saħqu l-Isqfijiet.

Intervista
“We are here to stay”

Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell


Editorijal
Aħseb u xtarr


Il Punt
Mid-Djarju ta' Ċikku l-Lajburist
Mario Galea


TONI u PEPPI
Saħħa bi ħlas?


Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu ħaddiem, pajjiż ħawtiel



X'kien Jgħid
It-tiġrija sal-barkun



Wenzu Mintoff

Barumbati

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan