Aħbarijiet | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70
Jammetti: “Stajna ikkontrollajna biex proġetti jispiċċaw fil-ħin”
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
F’konferenza stampa lbieraħ fix-Xatt tal-Birgu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi issustanza ammissjoni li għamel kemm-il darba tul din il-kampanja elettorali.
L-istess bħal fi ġranet oħra Gonzi, filwaqt li tkellem fuq is-suċċessi miksuba mill-amministrazzjoni tiegħu, stqarr li “veru li kien hemm affarijiet li stajna għamilna aħjar u li oħrajn li m’għamilniex.”
Mitlub illum biex jagħti lista ta’ l-affarijiet li jiddispjacih li m’għamilhomx Lawrence Gonzi qal hekk: “Kien hemm affarijiet li stajna għamilna aħjar. Jien naħseb stajna nagħmlu iżjed f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effiċjenzi tagħna bħala Gvern, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kontrolli biex naraw li ċerti proġetti jispiċċaw fil-ħin.”
Ġimgħa eżatt ’il bogħod minn jum il-votazzjoni l-Kap Nazzjonalista semma lista ta’ differenzi bejn dak li għamel hu fi 48 xahar u bejn dak li għamel Alfred Sant fit-22 xahar li dam Prim Ministru.
“Id-differenza hi bħal lejl għan-nhar,” saħaq Gonzi.
Fuq nett tal-lista negattiva li tefa’ Gonzi fil-miżien ta’ Sant hemm id-deċiżjoni tal-Partit Laburista li kien iffriża s-sħubija ta’ Malta fl-UE. Gonzi semma s-CET li daħħal Sant, il-50 ċenteżmu fuq kull mediċina, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla u d-dħul ta’ 33 taxxa.
“Dan li l-ġimgħa d-dieħla jrid ikun Prim Ministru għamel dawn l-affarijiet,” saħaq Gonzi filwaqt li niggeż lil Alfred Sant bil-katina ta’ disfatti li kellu fosthom meta lil Mintoff għajru traditur, meta telquh il-Ministru tal-Finanzi u d-Deputat Mexxej tal-MLP George Abela.
Il-Prim Ministru sostna li l-fatti ta’ x’għamel il-Gvern tiegħu “jitkellmu waħedhom, anzi jwerżqu!” Il-Kap Nazzjonalista fakkar fil-wegħdi li qed jagħmel f’din l-elezzjoni fosthom li jneħħi t-taxxa tas-safar u tal-levies fuq il-cards bankarji, li jwarrab għal kollox il-liċenzji tat-televiżjoni kif ukoll li jwessa’ l-faxex tat-taxxi. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell
Editorijal
Il Punt
Mario Galea
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|