MediaToday

Aħbarijiet | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70

Il-Kummissjoni Elettorali terġa’ tistampa l-karti tal-vot wara l-mewt ta’ Rizzo

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Il-mewt għal għarrieda tal-kandidat Albert Rizzo fl-aħħar jum ta’ Frar, minbarra li qanqlet sogħba kbira fost il-Gżirjani, ġagħlet lill-Kummissjoni Elettorali terġa’ tistampa l-karti tal-vot ta’ l-10 Distrett fejn kien se jikkontesta Rizzo.
Rizzo, li kien elett Sindku indipendenti tal-Gżira fl-1994, miet fl-età ta’ 60 sena. Xogħlu kien ta’ rkantatur u mindu kien żagħżugħ kien magħruf bħala sportiv. Fil-fatt fl-1980 kien ivvutat bħala l-Isportiv tas-Sena u dik is-sena stess kien ir-rebbieħ tad-dinja fil-water treading wara li kiser ir-rekord ta’ 72 siegħa u tliet minuti. Hu kisru darbtejn oħra sa l-1984. Hu wiret il-ħiliet tal-għawm minn nannuh, il-leġġendarju Turu Rizzo, l-ewwel Malti li kien issemma fil-Guinness Book of Records.
Albert Rizzo twieled fl-1947 fil-Gżira u kien it-tieni minn ħamest aħwa. Iktar tard mar l-iskola marittima biex jaqta’ xewtu li jgħix ħajtu fuq il-baħar. Fl-1962 familtu telqet għall-Awstralja. Sena wara ltaqa’ ma’ martu, Mary Borg, u żżewweġ tliet snin wara. Fl-1969 ġie lura Malta fejn reġa’ qabad in-negozju ta’ missieru Effie. B’kollox kellu erbat itfal.
Ismu kien marbut ukoll ma’ ħabib intimu tiegħu, Louis Bartolo, li kien qatel lil John Bondin, ‘il-Fusellu’, wieħed mill-elementi vjolenti viċin il-Partit Laburista tas-Snin 80. Rizzo kien iddefenda lil Bartolo tul iż-żmien li dan ta’ l-aħħar għamel maħrub minn Malta wara li ħarab mill-ħabs. Rizzo dejjem sostna li Bartolo ma kellux l-intenzjoni li joqtol iżda għamel hekk għax kien mhedded minn Bondin.
Rizzo iddedika ħajtu għat-titjib tal-komunità tal-Gżira. Kien ukoll involut f’xogħol volontarju. Fl-2001 ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Il-funeral ta’ Rizzo se jsir għada fis-2.30pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Gżira.

Intervista
“We are here to stay”

Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell


Editorijal
Aħseb u xtarr


Il Punt
Mid-Djarju ta' Ċikku l-Lajburist
Mario Galea


TONI u PEPPI
Saħħa bi ħlas?


Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu ħaddiem, pajjiż ħawtiel



X'kien Jgħid
It-tiġrija sal-barkun



Wenzu Mintoff

Barumbati

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan