Aħbarijiet | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70
Kurt Sansone
1. Saħħa bil-ħlas
2. Permess illegali
3. Diskoteka fil-Mistra
4. Klassi repeaters
5. Sahra siegħa b’siegħa
6. Jiftaħ il-pakkett
7. Resits tas-SEC
8. Midjun mal-Gvern
9. Junior Lyceums
10. Renè Rossignaud
11. Michael Woods Il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista ġralha bħat-tieġ ta’ Kana fejn l-inbid it-tajjeb servewh fl-aħħar.
B’kampanja xejn spettakolari l-Partit Laburista ħalla għal ħafna żmien l-inizjattiva f’idejn il-Partit Nazzjonalista li rnexxielu jiddetta l-aġenda fl-ewwel tliet ġimgħat tal-kampanja elettorali.
Imma nhar l-Erbgħa li għadda l-folja nqalbet. Id-dokument ta’ l-2004 li żvela Alfred Sant dwar il-finanzjament tas-servizz tas-saħħa u li implika wkoll lill-Kabinett dawwar il-kanuni fuq l-avversarji politiċi, partikolarment fuq Lawrence Gonzi. Il-PN kellu jbiddel l-istrateġija tiegħu u saħansitra organizza żewġ konferenzi stampa biex jirribatti l-kritika ta’ Alfred Sant.
Imbagħad inqas minn tlett ijiem wara l-MLP faqqa’ bomba oħra li implikat l-iktar kandidat Nazzjonalista bi kredenzjali ambjentali, fi żvilupp grottesk fil-Mistra.
Iżda dawn il-bombi ma kinux l-uniċi li splodew fil-kampanja elettorali. Kien hemm numru ta’ inċidenti jew argumenti li tefgħu lil naħa jew oħra f’kantuniera.
L-erba’ partiti politiċi spiċċaw vittmi, b’xi mod jew ieħor, tal-11-il bomba li splodew tul il-kampanja. Iżda bħalma jiġri f’kull gwerra, ħafna drabi l-ikbar vittma tkun il-verità. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell
Editorijal
Il Punt
Mario Galea
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|