Ittri | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70
Louis Fenech,
Iklin
Mela n-Nazzjonalisti ddeċidew li f’Malta x-xemx telgħet meta rebħu l-elezzjoni ta’ l-1987. U qabel din id-data kollox kien iswed u kollox kien baħħ. Insew it-twaqqif ta’ bosta entitajiet mwaqqfa apposta biex mill-qligħ li kienu jipprovdu jagħmlu tajjeb għas-servizzi soċjali li waqqfu Gverniijiet Laburista tas-Sebgħinijiet u t-Tmeninijiet. Tant hu hekk li meta nbidel il-Gvern fl-1987 in-Nazzjonalisti sabu xejn inqas bħala sinking fund ta’ Lm70 miljun lira, barra l-Lm400 milljun lira fil-Kaxxa ta’ Malta, li dawn tberbqu kollha fi żmien l-ewwel ħamsa jew sitt snin ta’ governanza Nazzjonalista. Mhux talli hekk, talli magħhom tellgħu dejn ta’ ’l fuq minn biljun lira Maltija.
U biex forsi jibdew inaqqsu minn dan id-dejn, bdew ibigħu l-assi. Entitajiet li gvernijiet Laburisti waqqfu, biex barra li jħaddmu eluf ta’ nies kif għidna aktar ’l fuq, jagħmlu tajjeb għas-servizzi soċjali. Għalhekk bi skuża ta’ dan id-dejn, u bħala preparamenti biex jingħoġbu mill-Unjoni Ewropea, għax dik hu n-norma taghħom, bdew jipprivatizzaw dawn l-entitajiet governattivi.
Mela minflok tinbigħ il-bajda tad-deheb, inbiegħet it-tiġieġa li tbidha. U rajna kemm kienet tbid bajd tad-deheb għax lill-entitajiet li nbiegħu kollha għamlu qligħ. Tant, li min xtrahom ġab lura dak li ħallas għalihom fi ftit snin. Iżda d-dejn baqa’ hemm u mhux talli naqas talli żdied aktar. U mhux talli hekk, talli mijiet ta’ ħaddiemu tilfu postħom.
L-aħħar waħda li għamlu, għax hekk kienu marbutin li jagħmlu, kienet li l-uniku entità li tagħmilna nazzjon ħieles: il-Lira Maltija, munita li kienet b’saħħitha. Flokha daħħlulna l-Ewro. S’hemmhekk wieħed irid jgħid li dik kienet marbuta
mat-trattat li ġie ffirmat
mad-dħul ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea. Iżda, u nistagħġeb kif ħadd għadu ma ikkummenta fuqha, tant riedu jeħilsu minn dak kollu li għamlu Gvernijiet Laburisti li anke li aħna repubblika riedu jnessuna darba għal dejjem.
Jekk tinnutaw, għax issa qed jaslu ħafna muniti ta’ pajjiżi Ewropej, il-kelma ‘repubblika’ lanqas biss tissemma fuq l-ewro ta’ Malta. Araw ftit il-munita ta’ l-Italja, tal-Ġermanja u ta’ Franza. Dawn kollha għadhom kburin li huma repubbliki.
Ara aħna tant konna u ngħid li għadna servili li nsejna li fl-1979 ħlisna minn ħakna barranija. Insejna li sirna Repubblika. Il-Gvern Nazzjonalista, għax dejjem kien u jibqa’ hekk, dejjem irid ikun taħt l-umbrella ta’ xi ħadd. Għaliex in-Nazzjonalisti kienu minn dejjem baħrin
tal-bnazzi. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell
Editorijal
Il Punt
Mario Galea
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|