Ittri | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70
Edward Torpiano,
Kandidat PN,
Floriana
Nixtieq inwieġeb l-ittra li ġġib l-isem Solidarjeta’ ma’ l-MUT miktuba minn David Pisani f’isem ‘Żminijietna – Leħen ix-Xellug’ (Illum 10 ta’ Frar, 2008) fejn dan il-kelliem ħa rikba fuq il-karru billi ipprova jisserva bil-Malta Union of Teachers biex iwettaq attakk kontra l-Gvern Malti bl-iskuża ta’ ċerti kundizzjonijiet li allegatament huma mgħobbija fuq ċerta kategoriji ta’ ħaddiema fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni. Li l-ħaddiema kollha f’dan is-settu u fis-setturi l-oħra kollha għandhom igawdu l-aqwa kundizzjonijiet żgur li ma fiha xejn ħażin.
Li hemm ħażin iżda hu dak, li dejjem
fil-fehma ta’ bosta hu oxxen, hu li ‘Żminijietna – Leħen ix-Xellug’ qatt ma ikkundannat la lir-repeater class li l-Partit Laburista qed jipproponi bejn il-kindergarten u l-ewwel sena ta’ l-iskola Primarja u lanqas ma qatt iddiżapprovat l-imġiba tal-Partit Laburista meta dan qal li hu kien diġà ikkonsulta ma’ l-Malta Union of Teachers, (li skond hu wriet li taqbel ma’ din il-proposta).
L-għada, fil-31 ta’ Jannar, l-MUT innifisha ċaħdet dan kollu u qalet li mhux biss qatt ma qablet ma’ din il-miżura iżda wkoll sostniet li qatt ma kienet ġiet ikkonsultata mill-Partit Laburista dwar dan kollu.
L-għaqdiet xellugin dejjem l-istess u ‘Żminijietna – Leħen ix-Xellug’ mhix b’anqas. Jiċċensuraw dak li ma jaqbilx lilhom. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell
Editorijal
Il Punt
Mario Galea
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|