MediaToday

Ittri | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70

Iż-żeffiena Russi

Kurt Galea Pace,
Organizzatur,
Rabat Għawdex

Nirreferi għall-artiklu bit-titlu Żeffiena Russi f’dinner dance ta’ Zammit Dimech – Iż-żeffiena miġjuba bl-għajnuna tal-MTA li deher nhar il-Ħadd li għadda.
Il-kumpanija taż-żfin Russa Bize Lizu ġibtha jien biex tagħti erba’ wirjiet f’Malta. L-Awtorità Maltija
għat-Turiżmu (MTA) la ħallset u lanqas ipprovdiet loġistika u żgur ma ipprovdietx akkomodazzjoni kif kien allegat fl-artiklu.
L-MTA la ħallset għall-ikel u lanqas għax-xorb taż-żeffiena. L-MTA sponsorjat biss 9.8 fil-mija ta’ l-ispejjeż kollha. Sponsorjat din l-attività kif tagħmel diversi attivitajiet oħra bl-iskop li f’pajjiżna jiġu organizzati aktar attivitajiet li jirriflettu tajjeb fuq is-settur turistiku.
Nista’ nassigurak li l-Ministru Francis Zammit Dimech fl-ebda ħin ma talab lili jew lill-kumpanija Bize Lizu biex jiżfnu fl-attività tiegħu.
Kont jien li tlabt lill-organizzaturi ta’ l-attività organizzata mill-Ministru Zammit Dimech biex nagħti wirja qasira ta’ 20 minuta biex isservi ta’ preview għall-wirjiet li kelli organizzati. 
Dan għamiltu għaliex l-attività tal-Ministru Zammit Dimech kienet qed tiġi organizzata fil-Grand Hotel Excelsior u jien xtaqt li jkunu jafu kemm jista’ jkun possibbli nies dwar dawn iż-żeffiena.
Il-Ministru Zammit Dimech żgur ma kellux bżonn lili biex jattira n-nies għall-attività tiegħu sew għax kellu sala ippakkjata daqs bajda u anki għaliex għidtlu fl-aħħar li xtaqt li dawn iż-żeffiena jagħtu wirja.  Fil-fatt bis-saħħa ta’ l-attività tiegħu jien biegħet kważi 50 biljett għall-wirjiet li kelli organizzati.
Nistenna li kull kumpanija ta’ l-ajru tagħmel minn kollox biex il-bagalji jaslu
mal-passiġġieri. F’dan il-każ iż-żeffiena kellhom 22 kostum li kull wieħed minnhom jiswa mas-€7,000.
Għalhekk jekk xi ħadd ta istruzzjonijiet, kif intqal biex il-kostumi jitpoġġew fuq l-istess titjira, dan juri li min ta l-istruzzjoni hu serju. X’tistenna li l-bagalji ma jaslux mal-passiġġieri?
Kont nistenna li l-korrispondent ta’ illum ikollha d-diċenza li ċċempilli qabel tikteb xi ħaġa biex tipprova titfa’ t-tajn fuq xi ħadd bla ħtija. Ma naħsibx li kien se jkun diffiċli għaliha li ssib in-numru tat-telefon tiegħi.

Intervista
“We are here to stay”

Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell


Editorijal
Aħseb u xtarr


Il Punt
Mid-Djarju ta' Ċikku l-Lajburist
Mario Galea


TONI u PEPPI
Saħħa bi ħlas?


Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu ħaddiem, pajjiż ħawtiel



X'kien Jgħid
It-tiġrija sal-barkun



Wenzu Mintoff

Barumbati

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan