Ittri | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70
Joseph Cuschieri,
Kandidat MLP,
Sliema
Ma nistax ma nleħħinx it-tħassib tiegħi dwar kif il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Gżira marret għall-agħar taħt l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ dawn l-aħħar 20 sena. Minkejja kollox nifraħ lill-Kunsill ta’ dak li qed jagħmel. Imma t-tħassib tiegħi ġej minn kwistjonijiet li huma ta’ kompetenza nazzjonali u mhux lokali, li jeħtieġu viżjoni ġdida, bidu ġdid għall-Gżira.
Ninsab inkwetat minħabba t-traffiku li joħnoq lill-Gzira. Rue d’Argens u x-Xatt tal-Gzira, minflok mhuma pulmun għal din il-lokalità, huma sors ta’ tniġġis mingħajr waqfien. Nitħasseb għax dan żgur qed jherri saħħet ir-residenti tal-Gżira. Nemmen li jeħtieġ li tiġi irrazzjonalizzata s-sistema tat-traffiku għall-aħjar interess tar-residenti. Nistaqsi x’għamlu l-Ministru responsabbli mit-Trasport u l-ADT f’dan ir-rigward matul dawn is-snin kollha? Fl-opinjoni tiegħi xejn affattu.
Nemmen li x-Xatt tal-Gżira jeħtieġ li jkun imtejjeb għal-livell tax-xtut f’Tas-Sliema u f’Buġibba. Mill-banda l-oħra nemmen li ċ-ċentru tal-Gżira għandu jiġi protett minn żvilupp selvaġġ bħalma ġara f’Tas-Sliema u f’San Ġiljan.
Nemmen li bosta mill-problemi li qed jaffettwaw ħażin il-livell ta’ għixien jistgħu jissolvew bis-sejbien ta’ dan il-bilanċ bejn it-tisbiħ tax-xatt minn banda u l-ħarsien taċ-ċentru ta’ din il-lokalità mill-banda l-oħra.
Iżda l-livell tal-għixien ma jiġix imtejjeb biss bi proġetti ta’ natura infrastrutturali iżda billi l-Gvern jara l-kwalità tal-ħajja mhix biss tal-komunità imma wkoll ta’ l-individwu.
Għalhekk irridu nassiguraw li l-klinika, li taqdi mhux biss lir-residenti tal-Gżira imma wkoll lil dawk ta’ l-inħawi, għandha tibqa’ miftuħa u tiġi mtejba billi tiżdied l-aċċessibbiltà għall-anzjani, għall-persuni b’diżabbiltà u għan-nisa li jkollhom it-trabi. Meta ngħidu bidu ġdid, verament infissru bidu ġdid.
Mhux biss indaħħlu dak li hu ġdid imma nħarsu dak li hu tajjeb mill-imgħoddi. Irridu nassiguraw li l-ground tal-futbol ta’ Manoel Island għandu jibqa’ tal-Gżirjani. Dan il-ground jagħmel parti mill-ħajja soċjali u sportiva tal-Gżira u jeħtieġ li jitħares għax hu ta’ qofol fl-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ tal-Gżira. L-interess ta’ wliedna jiġi qabel dak ta’ l-ispekulaturi.
Il-Gżira qiegħda fuq l-għatba ta’ bidliet kbar u ta’ ġid għaliha u għar-residenti tagħha. Ninsabu lejlet bidu ġdid. Nistieden lil kulmin hu ta’ rieda tajba jingħaqad magħna f’dan l-isforz nazzjonali biex Malta tirnexxi u l-Maltin kollha jsibu l-opportunità li jimxu ’l quddiem fil-ħajja tagħhom. |
|
Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell
Editorijal
Il Punt
Mario Galea
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|