MediaToday

Editorjal | 02 ta’ Marzu 2008 Nr 70

Aħseb u xtarr

L-aħħar erbat ijiem tal-kampanja elettorali, kif mistenni, se jwasslu għal ġlieda qalila bejn iż-żewġ partiti politiċi l-kbar biex jikkundizzjonaw l-imħuħ tan-nies.
Il-ġlieda, probabbilment, mhux se jkollha l-intenzjoni li tikkonvinċi lin-nies dwar il-politika tal-partit imma biex tiskredita lill-avversarju.
Li tiskredita l-avversarju hu parti mil-logħba politika. Iżda ħafna drabi l-partiti jsibuha iktar faċli li jattakkaw lill-avversarju milli jitkellmu dwar il-politika tagħhom. Din hi sfortuna għax il-votant għandu dritt ikun jaf x’qed joffri l-partit daqskemm għandu dritt ikun jaf x’ħawwad ħaddieħor.
L-appell tagħna hu biex il-votant jixtarr l-affarijiet ’il bogħod mid-duħħan li l-politiċi jippruvaw jitfgħu ħalli jħawdu l-imħuħ. F’dawn l-aħħar erbat ijiem se jkun hemm ħafna iktar duħħan li jfixkel lill-individwu milli jasal għal konklużjoni ta’ kif għandu jixħet il-vot tiegħu nhar is-Sibt li ġej.
Għalhekk f’din l-aħħar ħarġa ta’ qabel l-elezzjoni qed nippreżentaw fuq paġni 5-7 il-proposti ta’ l-erba’ partiti politiċi fuq numru ta’ suġġetti u kwistjonijiet li jolqtu firxa wiesa’ ta’ nies. L-għan tagħna hu li nwasslu biċċiet mill-manifesti elettorali ħalli l-qarrej ikun jista’ jixtarr, iwieżen u jiddeċiedi b’mod infurmat.
Dan ma jfissirx li l-għażla se tiddependi biss fuq il-proposti tal-partiti. Dawk huma biss il-qafas ideoloġiku ta’ x’jixtiequ jwettqu jekk ikunu fil-Gvern jew fil-Parlament. Jeħtieġ li l-elettorat iħares ukoll lejn il-kandidati individwali. Is-sistema elettorali tagħna tagħtina l-privileġġ li nistgħu nagħżlu l-kandidati individwali anki ta’ partiti oħra li mhux bilfors huma l-ewwel preferenza tagħna.
Għalhekk fl-għażla li trid issir nhar is-Sibt inħeġġu lill-qarrejja biex jagħżlu lil dawk il-kandidati f’kull partit li jieħdu magħhom fil-Parlament kontenut serju, ġdid u frisk. Inħeġġu l-għażla favur kandidati li huma ċari f’diskorshom dwar ir-rabtiet kummerċjali tagħhom. Inħeġġu l-għażla favur dawk li jaraw fil-politika mezz kif itejbu l-għajxien tal-poplu u mhux mezz kif itejbu l-qagħda personali tagħhom.
Imma l-għażla nhar is-Sibt hi marbuta wkoll mal-mexxejja politiċi. L-elettorat irid jiżen il-kwalitajiet tal-mexxejja u kemm dawn huma kapaċi joħorġu l-aħjar min-nies ta’ madwarhom u mill-pajjiż.
Nemmnu li n-nies huma kapaċi jagħmlu ġudizzju infurmat dwar it-toroq li qed ipoġġu quddiemna l-erba’ partiti politiċi anki jekk il-pressjoni fil-jiem li ġejjin se tkun kbira.

Tfal il-ħabs
Il-każ miskin tat-tifla ta’ 15-il sena li tinsab akkużata bil-qtil ta’ ommha flimkien ma’ raġel ieħor, għal darb’oħra jiftaħ pjaga oħra f’dan il-pajjiż.
Lil hinn mill-każ li ixxokja lil kulħadd, tqum il-mistoqsija ta’ x’se nagħmlu b’dawk it-tfal li jiksru difrejhom mal-Liġi.
F’inqas minn xahrejn diġà kellna żewġ każijiet ferm inqas gravi fejn tfal spiċċaw jiskontaw sentenza ta’ ħabs. M’aħniex ngħidu li t-tfal taħt l-età għandhom jinħelsu mill-ħtija sempliċiment għax huma tfal. Iżda l-ħabs, lanqas jekk hu miżura temporanja, qatt mhu soluzzjoni.
Il-ħabs mhux post it-tfal, għamlu x’għamlu. Għandna bżonn soluzzjonijiet differenti li joffru tama ġdida.

Intervista
“We are here to stay”

Sabrina Agius tintervista lil Malcolm Seychell


Editorijal
Aħseb u xtarr


Il Punt
Mid-Djarju ta' Ċikku l-Lajburist
Mario Galea


TONI u PEPPI
Saħħa bi ħlas?


Emmanuel Micallef
Għażiż elettur...


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu ħaddiem, pajjiż ħawtiel



X'kien Jgħid
It-tiġrija sal-barkun



Wenzu Mintoff

Barumbati

In-Nazzjonalisti jridu l-provi tal-korruzzjoni meta Malta kollha taf fejn tinsab il-korruzzjoni, ħlief GonziPN. Imma bħalma jgħid il-Malti: ‘Jilgħabha taċ-ċuċ minn ma jridx iħallas dwana'. In-Nazzjonalisti erħilhom jgħaffġu fuq kulminn f'dan il-pajjiż jazzarda joħroġ għonqu u jiftaħ ħalqu fuq xi skandlu jew ieħor.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan