Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Kull kandidat għall-elezzjoni ġenerali jagħmel l-almu tiegħu biex jakkwista l-akbar ammont possibbli ta’ pubbliċità. Kandidat minnhom jista’ jgħid li ġietu waħda tajba…jew skond kif iħares lejha.
Għall-kandidat Laburista Darren Marmarà l-film “Bawxati, il-Ħarba” hu l-aqwa reklam li seta’ jieħu ftit jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali. Dan għaliex qed jagħmel tajjeb għan-nuqqas li se jkollu minn programmi televiżivi.
Skond regolamenti ta’ l-Awtorità tax-Xandir Marmarà bħal kandidati oħra, ma jistax jibqa’ jippreżenta l-programm televiżiv tiegħu sakemm mhux impjegat full-time ta’ stazzjon partikolari. Din ir-regola tapplika bejn is-17 ta’ Frar u t-8 ta’ Marzu li ġej.
Ir-regolamenti jistipulaw ukoll li kull kandidat ma jidhirx aktar minn darbtejn fi programmi televiżivi, inkluż f’ripetizzjoni.
Fix-xhur li għaddew Darren Marmara flimkien ma’ Silvio Schembri, kandidat ieħor tal-Partit Laburista, xtara air-time fuq l-istazzjon televiżiv Smash u kienu qed jippreżentaw flimkien il-programm Bejn il-Basla u Qoxritha.
Bid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità tax-Xandir iż-żewġ kandidati Laburisti kellhom isibu żewg sostituti għalihom sakemm tgħaddi l-elezzjoni ġenerali.
Iżda Marmarà xorta ġietu tajba. Fil-ġimgħat li għaddew fiċ-ċinemas lokali kien imniedi l-film “Bawxati”. Din il-ġimgħa l-film beda jidher għall-ewwel darba fiċ-ċinema tal-Lira fil-Fgura li tagħmel parti mit-Tielet Distrett elettorali fejn se jikkontesta Darren Marmara. Dan id-distrett hu ffurmat mill-Fgura, minn Marsaskala u miż-Żejtun.
F’dan il-film iż-żagħżugħ ta’ 26 sena, u li hu wkoll is-Sindku tal-Fgura, jinterpreta l-parti ta’ aġent tal-proprjetà li jikri villa lill-grupp ta’ briganti.
F’temp ta’ ftit sekondi d-dar tinbidel f’post ta’ bawxata wara l-oħra. Minn wara dahar l-aġent min jidħol għall-kirja jisfrakassa l-villa kollha. Fid-dar ma jibqax maduma sħiħa hekk kif il-ħallelin bl-għajnuna ta’ ġgajta nies ikissru kulma hemm f’tentattiv biex jippruvaw isibu flus moħbija fil-post.
“Hu minnu li ġietni tajba. Ta’ l-inqas in-nies li ma jistgħux jarawni fuq it-tv jistgħu jarawni fuq il-big screen,” ikkummenta Marmarà.
“In-nies jarawha b’mod pożittiv li fil-film qed jidhru ħafna xeni fil-Fgura u fuq dan il-fattur qed jikkummentawli ħafna fid-door-to-door.”
Mistoqsi jekk ħadimx f’dan il-film bi skop Marmarà saħaq li hu minn dejjem kien iħobb it-teatru u l-affari tal-‘Bawxata’ ġiet b’kumbinazzjoni.
“Ħadt sehem f’bosta reċti u drammi fosthom fl-Iljieli Mediterranji kif ukoll fl-Istitut Kattoliku, fosthom fid-dramm “Santa Rita”. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici
Il Punt
Arnold Cassola
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|