MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

L-MLP jikkopja lill-PN u joħroġ bis-sassla

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-Partit Laburista rikeb fuq il-mewġa tal-PN u fi ftit jiem iddeċieda li jikkupjah u jagħmel ġbir ta’ fondi bħalu.
Nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta rrappurtat kif sal-Ġimgħa 15 ta’ Frar tal-MLP kienu għadhom bil-ħsieb li ma jagħmlux ġbir ta’ fondi.
Iżda f’daqqa waħda d-deċiżjoni ddawret u l-MLP ħabbar li llum mill-10 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija sa jagħmel dik li qed isejjaħ “inizjattiva ġbir ta’ fondi.”
Il-ħsieb biss li l-PN kien se jagħmel ġabra eventwalment ġab pressjoni fuq il-Partit Laburista.
Il-biża’ kienet li l-ġabra tal-Partit Nazzjonalista se tkun wirja ta’ saħħa li b’xi mod setgħet twaqqa’ l-moral tal-partitarji Laburisti.
F’mument delikat bħal dan ta’ ġimagħtejn qabel elezzjoni ġenerali l-moral tal-partitarji importanti li jibqa’ għoli u r-raġunament tal-MLP kien li la tal-PN se jagħmlu ġabra anke huma setgħu jagħmlu waħda.
Sorsi qrib il-Mile End ikkonfermaw ma’ Illum li uffiċjali tal-Partit Laburista taw il-parir li jsir ġbir ta’ fondi biex tkompli tittella’ l-aspettattiva tal-partitarji.
“Bħalissa kull donazzjoni tgħodd, l-aktar meta wieħed iqis l-ispejjeż li ġġib magħha kampanja elettorali,” sostna uffiċjal minnhom.
Loġistikament il-Partit Laburista se jkun diġà armat fuq il-Fosos minħabba l-mass meeting li se jsir illum fit-3.30pm u għalhekk il-Partit ma kienx se jidħol f’aktar problemi ħlief li jsejjaħ numru ta’ artisti, fosthom kantanti u żeffiena, biex jgħinuhom jilħqu l-mira tagħhom.

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan