Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69
L-Enemalta u Austin Gatt jiċħdu
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-Korporazzjoni Enemalta ċaħdet li jeżisti xi rapport li jgħid li l-Enemalta kellha rakkomandazzjoni li jogħla l-prezz taċ-ċilindri tal-gass filwaqt li l-Ministru Austin Gatt jgħid li hu ma jaqbilx li jkun hemm xi forma ta’ żieda fil-prezz taċ-ċilindri.
Kien id-Deputat Mexxej Laburista Charles Mangion li fl-ewwel mass meeting Laburista f’din il-kampanja elettorali allega li hemm rapport għall-konsiderazzjoni ta’ l-Enemalta biex jogħla l-prezz tal-gass għall-konsumatur.
Mistoqsija jekk quddiemha għandhiex rakkomandazzjoni jew rapport biex il-prezz tal-gass jogħla l-Enemalta ċaħdet.
Quddiem l-istess mistoqsija l-Ministru Austin Gatt sostna li “ma jista’ jeskludi jew jinkludi xejn fuq rakkomandazzjoni li ma jafx minn min hi u lil min saret.” Austin Gatt sostna wkoll li “jista’ biss jeskludi li l-Ministeru għandu xi tali rakkomandazzjoni.”
Gatt qal li “fiċ-ċirkustanzi preżenti l-Ministeru ma jaqbilx li jkun hemm xi forma ta’ żieda fil-prezz taċ-ċilindri tal-gass għall-konsumatur. Dan hu rifless ukoll fil-fatt li minkejja ż-żidiet internazzjonali fil-prezz tal-lpg, il-prezz lokali nżamm stabbli.” |
|
Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici
Il Punt
Arnold Cassola
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|