Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
Bi kritika għaż-żewġ partiti l-kbar, il-kap ta’ l-Alternattiva Demokratika Harry Vassallo lbieraħ sostna li l-AD biss tista’ tagħmel xi ħaġa dwar il-liġijiet tal-kera.
B’referenza għall- manifest tal-MLP, Vassallo qal li “il-Partit Laburista qed jipproponi l-white paper li baqa’ ma ippubblikax il-Partit Nazzjonalist.”
Kien kumment sarkastiku għax fil-manifest Laburista m’hemm xejn imniżżel fuq is-suġġett.
Mill-banda l-oħra, il-PN kulma daħħal fil-manifest kienu tliet paragrafi xotti xotti.
“L-ewwel waħda twiegħed riforma mingħajr ma tgħid din ir-riforma x’inhi. It-tieni paragrafu hu daqqa ta’ ħarta għal min hu sid. Min idaħħal Lm20 mill-kera f’sena mhux se jħallas taxxa fuqha. Prosit għall-PN. L-aħħar daqqa ta’ ħarta hi li l-Gvern qed jipproponi biex iħallas ix-xogħlijiet li jsiru f’dawn id-djar,” sostna Vassallo.
Il-Kap ta’ AD baqa’ jsostni li “Alternattiva Demokratika biss f’koalizzjoni tista’ tagħmel xi ħaga għal dawk in-nies li ilhom 36 sena jistennew. Aħna qed nipproponu li minnufih jintemm il-wirt tal-kirjiet.”
Vassallo semma wkoll li jaf b’ħafna każijiet ta’ nies li jgħinu lil uliedhom iħallsu l-loan minkejja li għandhom proprjetà tagħhom stess imma li ma jistgħux imissuha. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici
Il Punt
Arnold Cassola
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|