MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

Gonzi b’appell tal-‘ftit’ mingħand il-ħafna

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Għall-ewwel darba l-Prim Ministru Nazzjonalista Lawrence Gonzi addotta frażi li għal dawn l-aħħar snin kienet marbuta direttament mal-Partit Laburista. Ħames minuti qabel il-ftuħ tal-ġabra fid-Dar Ċentrali f’Tal Pietà Lawrence Gonzi kien qed jitkellem fuq programm fuq Radju 101. Dak il-ħin il-Kap Nazzjonalista qal li l-PN għandu bżonn il-flus u sostna li kull donazzjoni tiswa.
“Il-ftit li ġejjin mingħand il-ħafna huma importanti f’din il-ġabra ta’ nofs ġurnata,” saħaq Gonzi.
Normalment, l-MLP kien ikun min ta’ quddiem biex jinsinwa li tal-Partit Nazzjonalista jibru l-flus mingħand il-bażużli u kummerċjanti kbar.
Matul l-istess programm tar-radju li ttella’ minn Għawdex u li ffoka fuq din il-gżira, Lawrence Gonzi għamel aktar wegħdi u proposti li ma jidhru mkien fil-programm elettorali.
Fost l-oħrajn il-Prim Ministru qal li jrid li jinġiebu Universitajiet barranin biex jiftħu campus f’Għawdex. Qal li “Għawdex hu pinġut perfett għal din l-inizjattiva,”
“Ma noħolmux imma diġà għandna kuntatti li rridu nesplorawhom,” ftaħar il-Prim Ministru mingħajr ma ta ħjiel ta’ liema Universitajiet jistgħu ikunu.
Fl-istess ħin Gonzi irrikonoxxa li hemm numru ta’ sfidi fosthom li wieħed irid isib il-ħaddiema gradwati li jkunu jistgħu jgħallmu f’dawn l-universitajiet.
Il-Kap Nazzjonalista reġà tenna l-wegħda li sa l-2015 ibiddel lil Għawdex fi gżira ekoloġika.
Gonzi qal li lbieraħ filgħodu ltaqa’ ma’ raġel li tah ħafna ideat tajbin dwar inizjattivi ambjentali. L-identità ta’ dan ir-raġel għadha mhix magħrufa madankollu l-Kap Nazzjonalista baqa’ tant impressjonat b’dak li qallu dan ir-raġel li dak il-ħin stess għamillu wegħda.
“Bejnietna lil dan ir-raġel għidtlu, ‘La jgħaddi kollox nibdew b’dan il-proġett. Nagħżlu raħal u jkun proġett pilota,” stqarr Gonzi.
Iżda tul dan il-programm fuq Radju 101 baqgħu mingħajr risposta konkreta r-raħħala Għawdxin li s’issa għadhom bil-biċċerija magħluqa.
Semmiegħ li ċempel waqt il-programm staqsa meta se tkun lesta l-biċċerija l-ġdida u meta din se tibda taħdem.
Lawrence Gonzi sostna li “se jagħti l-kelma tiegħu li din se tiftaħ malajr kemm jista’ jkun.”
Matul il-programm ċemplu semmiegħa differenti fosthom wieħed li qal li sejjer jivvota lil Gonzi bil-limousine u ieħor li qal li fl-imgħoddi kien Laburist imma li din il-ġimgħa ddeċieda li għat-tieni darba se jivvota lil Lawrence Gonzi.
Ftit wara l-programm Lawrence Gonzi mar iżur il-ġbir ta’ fondi tal-Partit tiegħu. Waqt l-intervent tiegħu ntużat tarbija ta’ erba’ xhur. Gonzi qal li bil-vot ta’ ġimagħtejn oħra se jiddetermina l-futur ta’ din it-tarbija li f’elezzjoni ġenerali oħra se jkollha ħames snin u erba’ xhur.

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan