MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

Sant jikkundanna l-atti vandali fuq il-Birdlife Malta

Charlot Zahra
czahra@mediatoday.com.mt

Waqt żjara fil-masġar pittoresk tal-Buskett il-bieraħ wara nofsinhar, il-Mexxej Laburista Alfred Sant ikkundanna l-atti vandali li saru matul l-aħħar ġimgħa fuq propejetà tal-Birdlife Malta u ta’ attivisti tagħha.
Mistoqsi mill-ġurnal Illum għar-reazzjoni tiegħu għal din is-sensiela ta’ atti vandali li rat il-bidu tagħha proprju fil-Buskett meta bħall-bieraħ ġimgħa ingħata in-nar lil tliet vetturi ta’ volutiera tal-Birdlife Malta, Sant qal:
“Huwa ċar li kull att ta’ vandaliżmu, irrispettivament minn min iwettqu u fejn jitwettaq, għandu jkun ikkundannat bla ebda riżerva. Mela dan l-att vandalu għandu ukoll jiġi kkundannat.”
Proprju lbieraħ, żewġ billboards tal-Birdlife li qed jintużaw fil-kampanja sabiex tinqata’ l-kaċċa illegali fir-Rebbiegħa ġew rappurtati vandalizzati.
Il-mexxej Laburista ġie mdawwar mal-Buskett mill-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk. Huwa seta jara b’għajnejh stess it-telqa li dan il-post jinsab fih minkejja li l-Gvern ipproponih lill-Unjoni Ewropeja bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni.
L-ekoloġista Alfred Baldacchino qal li l-ewwel pass li għandu jittieħed sabiex jitħares dan il-post ħuwa li jitfassal pjan ta’ azzjoni bi pjan ta’ immaniġġjar biex il-Buskett ikun jista’jiġi rijabilitat.
“Dan irid jitfassal minn ekoloġisti u mhux minn dawk li jqisu l-Buskett ġnien bħal San Anton. Il-Buskett għandu valur kbir fil-qasam xjentifiku, fil-qasam edukattiv, fil-qasam storiku, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam soċjali u għalhekk huwa ta’ importanza kbira nazzjonali.
“Meta l-Gvern bir-raġun ippropona l-Buskett lill-Unjoni Ewropeja bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni, mhux daqshekk diffiċli li jkun hemm fondi mill-UE.
“Imma m’għandniex xi ngħidu, li l-proposti għal dan il-għan iridu jkunu mfasslin b’mod professjonali u mhux b’mod dilettantesk. Li hemm bżonn hu rieda, għarfien u azzjoni mill-awtoritajiet,” qal Baldacchino.

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan