MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

Titħabbar l-elezzjoni u jfiq

Kurt Sansone
Hemm ħafna li fl-elezzjoni ġenerali jaqbadhom deni ta’ żiemel. Iżda għall-kandidat Laburista Duncan Mifsud it-tħabbira ta’ l-elezzjoni fissret fejqan mill-istress li kellu fuq ix-xogħol.
Il-Perit Duncan Mifsud, kandidat ġdid Laburista fuq it-Tieni Distrett li jaħdem fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, kien ilu bis-sick leave minn Novembru li għadda. Madankollu meta tħabbret l-elezzjoni ħareġ bil-leave normali kif jitolbu r-regolamenti taċ-ċivil.
Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk kenitx koinċidenza li s-sick leave intemmlu mat-tħabbira ta’ l-elezzjoni, Mifsud spjega li l-għawġ li nqalagħlu kien marbut mas-sitwazzjoni kif żviluppat fuq il-post tax-xogħol.

“Is-sick leave kien marbut ma’ l-istress li kelli minħabba kif żviluppat is-sitwazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Ingħatat promozzjoni għal Senior Architect u nqbiżt minn xi ħadd li m’għandux il-kwalifiki li għandi jien. Ressaqt l-ilment tiegħi għax ħassejt li saret inġustizzja miegħi.
“Wara li seħħ dan is-sitwazzjoni fuq ix-xogħol saret impossibbli. Tefgħu x-xogħol kollu li kien hemm fuqi. Is-sick leave li ħadt hu kollu skond il-proċeduri biċ-ċertifikati tat-tabib. Jien saħansitra ressaqt il-każ tiegħi quddiem l-Ombudsman,” spjega Mifsud.
Hu ċaħad bl-iktar mod kategoriku li ħa s-sick leave biex ikun jista’ jagħmel il-kampanja elettorali personali tiegħu.
Mifsud iġġustifika wkoll id-dħul lura tiegħu għax-xogħol malli tħabbret l-elezzjoni biex imbagħad reġa’ ħareġ bil-leave normali.
“Meta tħabbret l-elezzjoni dħalt lura x-xogħol għal ġurnata waħda biss biex inkun nista’ noħroġ bil-leave skond il-proċeduri taċ-Ċivil minħabba li jien kandidat għall-elezzjoni.
“Is-sick leave tiegħi kien marbut mas-sitwazzjoni kif żviluppat fuq ix-xogħol u allura ma nara xejn ħażin fil-mod ta’ kif imxejt. Kollox kien skond ir-regola biċ-ċertifikati tat-tabib.”
Jidher li għal dan il-kandidat ġdid, li fuq is-sit Hi5.com għandu 1,546 ħbieb reġistrati, il-ġlieda politika mhix biss għas-siġġu tad-Distrett imma wkoll għal post tax-xogħol trankwill mingħajr ‘diskriminazzjoni’.

 

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan