MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

L-Editur tal-PBS iwaqqaf stħarriġ ta’ Xarabank

Charlot Zahra

Stħarriġ elettorali li sar mill-programm Xarabank ma xxandarx nhar il-Ġimgħa wara intervent mill-Editur Reġistrat tal-PBS, Natalino Fenech.
L-istħarriġ li jindika l-andament tal-partiti waqt din il-kampanja elettorali kellu jixxandar waqt l-edizzjoni ta’ Xarabank li fiha ħa sehem il-mexxej Laburista Alfred Sant nhar il-Ġimgħa li għadda.
Meta din il-gazzetta staqsiet lil Peppi Azzopardi, direttur tal-kumpanija Where’s Everybody?, li tipproduċi l-programm Xarabank u preżentatur ta’ l-istess programm, għalfejn ma kienx imxandar l-istħarriġ, Azzopardi qal: “L-Editur tal-PBS b’konsultazzjoni mal-Bord Editorjali iddeċieda li kienu meħtieġa xi kjarifiki.
“Billi l-Professur Mario Vassallo, li kien ikkummissjonat mill-programm Xarabank biex jagħmel dan l-istħarriġ kien imsiefer il-kjarifika ma setgħetx tinkiseb. Aħna ntlabna biex nieqfu milli nxandruh,” Azzopardi qal lil din il-gazzetta.
Mistoqsi ma’ min ikkonsulta qabel ħa din id-deċiżjoni, il-preżentatur ta’ Xarabank stqarr: “Ma ħadtx din id-deċiżjoni jien. Aħna konna ordnati biex ma nxandrux dan l-istħarriġ mill-Bord Editorjali.”
Sa minn kmieni l-Ġimgħa filgħodu bdiet tinxtered il-kelma fost esponenti tal-Partit Laburista li f’Xarabank kien se joħroġ stħarriġ li juri kif il-PN kien minn fuq. Madankollu sa filgħaxija din il-biża’ fost il-partitarji Laburisti ma rriżultatx għax l-istħarriġ baqa’ ma ħariġx.
Iżda jekk kien hemm esponenti tal-MLP li inkwetaw minħabba ir-riżultat, l-istess kienu inkwetati esponenti tal-PN għax jafu li vantaġġ fl-istħarriġ f’dan l-istadju tal-kampanja jista’ jberred l-entużjażmu tan-Nazzjonalisti li jagħżlu li jibqgħu d-dar għax il-partit tagħhom xorta kien se jirbaħ.

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan