Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Sustanza bħal codeine li tinsab f’pilloli kontra l-uġigħ ta’ ras u l-influwenza hi illegali f’Dubaj minkejja li
fl-Ewropa din tista’ tixtriha mingħajr ir-riċetta tat-tabib.
Mal-codeine hemm lista sħiħa ta’ drogi illegali li tinkludi morfina, anfetamini u anki żerriegħa tal-pepprin mit-tip li tintuża fit-tisjir ta’ kuljum. Dawn id-drogi bir-riċetta u mingħajr jistgħu jitfgħuk il-ħabs.
Sustanzi oħra li jinsabu f’pilloli komuni fosthom ta’ l-irqad, kontra l-uġigħ u antidipressanti jeżiġu li jkollok ċertifikat bilfors mingħand it-tabib li jgħidu li int għandek bżonn dawn it-tip ta’ sustanzi u aktar ma jkollok karti x’turi għalihom aktar aħjar.
Skond il-gazzetta Ingliża The Independent, il-Kap Eżekuttiv tal-Fair Trials International, Catherine Wolthuizen, qalet li f’dawn l-aħħar 18-il xahar raw żieda fl-arresti ta’ nies li jġorru sustanzi fuqhom li fir-Renju Unit jinxtraw mingħajr riċetti. Dawn jistgħu jweħħlu lit-turist sa erba’ snin ħabs anki jekk is-sustanza tkun daqs nitfa’.
“Għandna anki rapport ta’ raġel Svizzeru li weħel il-ħabs għax sabuh b’pussess ta’ tliet żerrigħat tal-pepprin fuq ħwejġu wara li kiel biċċa ħobż f’Heathrow,” sostniet Wolthuizen fil-gazzetta Ingliża.
F’Malta t-titjiriet lejn Dubaj ilhom li qabdu sew. Illum staqsiet lil xi aġenziji ta’ l-ivvjaġġar x’miżuri jieħdu qabel ma’ t-turisti Maltin jirfsu fuq din l-art.
Id-Direttur tar-Rocs, Charles Vella, qal li lill-klijenti tagħhom dejjem javżawhom waqt il-laqgħat tagħhom biex kulfejn isiefru jġorru magħhom l-karta tat-tabib li tgħid li int qed iġġorr droga partikulari.
L-istess ħaġa sostniet kelliema għal Hamilton Travel. Lill-klijenti tagħhom dejjem javżawhom biex iġorru magħhom ċertifikat mingħand it-tabib tagħhom biex ikollhom x’juru ikunu fejn ikunu sejrin, mhux Dubaj biss.
Vella żied jgħid,“L-Awstralja aktar diffiċli minn Dubaj. Dubaj m’għandekx għalfejn tiddikjarahom. Hemmhekk jagħmlu scanning tal-bagalji u daqshekk.
“L-Awstralja u anki New Zealand jkunu jriduk tiddikjarahom anki jekk huma għall-użu personali tiegħek. Hemmhekk iffissati l-aktar fuq il-frott u l-ikel. Jekk ma tiddikjarahomx tgħidx xi storbju jagħmlulek minbarra li jweħħluk multa.
“Darba kelli grupp fejn tawhom xi frott fuq l-ajruplan u tnejn minnhom ma rmewhx u ma ddikjarawhx. Allura hekk ġew li gidbu għax iffirmaw dokument li mhux veru. Staqsewhom ukoll jekk it-tour leader wissihomx qabel għax dak kien fi dmiri. Meta qalulhom li wissejthom imbagħad ħallewhom imma weħlu $200 (€124/ Lm53) kull wieħed.
“Anki l-injam ma tistax iddaħħlu minħabba s-susa li jista’ jkun fih. Huma għandhom frażi hemm: Dan hu l-aħħar ċans tiegħek. Iddikjaraha jew armiha.” |
|
Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici
Il Punt
Arnold Cassola
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|