Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69 In-nisa iwieġbu Bejn illum u l-Ħadd li ġej illum qed tagħti l-opportunità lin-nisa kandidati tal-partiti kollha jwieġbu għal ħames domandi komuni. Sfortunatament ma rċevejna l-ebda rispons mill-kandidati Nazzjonalisti minkejja li ngħataw ġimagħtejn ċans biex iwieġbu Mistoqsijiet: 1. Taqbel li għandu jkun hemm kwota biex jiżdiedu n-nisa fil-Parlament? 2. Bil-MEPA morna għall-aħjar jew għall-agħar? 3. Taqbel ma’ l-introduzzjoni tad-divorzju? 4. X’hemm bżonn isir biex iktar nisa jibqgħu jagħtu sehimhom fid-dinja tax-xogħol? 5. X’inhi l-viżjoni tiegħek għal dan il-pajjiż? Pullicino, Marlene - 5 u 7 Distrett, MLP 1. Le, ma naqbilx li jkun hemm kwota għan-nisa. Imma naqbel li n-nisa jingħataw aktar ċans isemmgħu leħinhom fuq il-mezzi tax-xandir biex l-elettorat ikun jaf iżjed xi jsarrfu.
2. Bil-MEPA morna għall-aħjar. Iżda ġara li bl-indħil tal-Gvern u nies qrib ta’ nies fil-poter ittieħdu deċiżjonijiet li ma jagħmlux sens biex b’hekk saret ħsara kbira lill-irħula, lill-ibliet u lill-ambjent rurali tagħna. Daħlet wisq burokrazija li xxekkel żvilupp ġust u bżonjuż u tagħti lok għall-korruzzjoni. Jeħtieġ li l-MEPA tinżabar mill-friegħi l-ħżiena biex tkun tassew dik l-istituzzjoni awtonoma li tħares il-bżonn u l-ambjent taċ-ċittadin. 3. Le, ma naqbilx. Għandna ngħinu lill-familji tagħna biex jirnexxu aktar. F’każijiet ta’ żwiġijiet miksura bla tama hemm l-annullament. 4. Biex aktar nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol irid fir-realtà jkun jeżisti l-back up neċessarju biex jintlaħaq bilanċ bejn dak li titlob il-kura tal-familja u d-dinja 5. Għal dan il-pajjiż nixtieq li kulħadd ikun jista’ jilħaq il-milja tiegħu mingħajr tfixkil. B’mod partikulari nemmen li l-focus ewlieni għandu jkun il-ħarsien u l-edukazzjoni sħiħa tat-tfal kollha tagħna. Biex nassiguraw soċjetà b’saħħitha għada, jeħtieġ li nrawmu t-tfal tagħna sew illum. Soċjetà moralment b’saħħitha hi għalqa fertili minn fejn jista’ jinkiseb ukoll is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiż. Rita Law - 2 u 3 Distrett, MLP 1. Primarjament il-ħsieb wara dan l-għan hu importanti u bżonjuż għax il-ħidma ta’ mara fil-Parlament hi essenzjali biex tindirizza l-bżonnijiet tal-membri kollha tal-familja. Fl-1996 Gvern Laburista ta l-opportunità biex 30 fil-mija tal-karigi eżekuttivi fis-Servizz Pubbliku jimtlew minn nisa u 20 fil-mija tan-nominazzjonijiet għall-Aġenziji Internazzjonali jkunu nisa. Hekk qed ikompli jagħmel għal dan il-manifest elettorali biex 20 fil-mija ta’ l-ambaxxati u karigi għolja jkunu nisa u t-tqassim ta’ boroż ta’ studju jkun fuq bażi ta’ 30 għan-nisa, 30 fil-mija għall-irġiel u 40 fil-mija li jibqgħu mħallta. 2. M’hemmx għalfejn tkun persuna fil-politka biex tifhem kemm-il MEPA qed tkun sfiduċjata u jinħass il-ħtieġa biex issir evalwazzjoni serja. Hemm ħtieġa wkoll biex issir evalwazzjoni tal-mod li bih isir il-proċess hekk imsejjaħ Environment Impact Assessment speċjalment fil-kuntest ta’ kif issir il-konsultazzjoni pubblika marbuta magħhom. 3. Personalment naħseb li meta ż-żwieġ jitkisser u ma jibqa’ xejn aktar x’tagħmel biex ikun hemm armonija bejn il-koppja, ikun inutli tisforza l-koppja biex jgħixu taħt l-istess saqaf. Kull każ trid issegwih bir-reqqa speċjalment meta jkun hemm involuti t-tfal. Il-każi ta’ problemi matrimonjali qed jikbru ta’ kuljum u tinħass l-urġenza ta’ azzjoni biex ma nħallux aktar familji jitfarrku. 4. Issib żewġ kategoriji ta’ nisa li joħorġu jaħdmu u l-iskop tagħhom hu differenti. Min joħroġ jaħdem biex ivarja l-ġurnata bejn xogħol barra u xogħol fid-dar u min jaħdem għax il-finanzi tal-familja mhux qed ikunu biżżejjed biex jgħixu diċenti u jlaħħqu mal-bżonnijiet tal-ħajja. Għal ħafna snin ilu jinħass nuqqas kbir ta’ opportunità tax-xogħol għall-mara. Hemm bżonn li jkollna ċ-child care centres u xogħol b’ħin aktar flessibbli addattat biex jagħti ħin lill-mara tagħti ħina għall-bżonnijiet tal-familja. Fl-aħħar mill-aħħar il-kontribut tal-mara fil-post tax-xogħol jgħin l-ekonomija tal-pajjiż. 5. Pedament sod għat-tfal. Inħarsu lejn il-familja bħala l-fus tas-soċjetà. Ħolqien tax-xogħol. Azzjoni urġenti u ħarsien lejn dawk vulnerabbli. Azzjoni u miżuri biex ngħinu liż-żgħażagħ li jridu jwaqqfu familja. Lorna Vassallo - 7 u 12 Distrett, MLP 1. Għall-bidu ma kontx iżda issa wara li qrajt diversi studji u attendejt għal konferenzi, sirt naqbel. L-ikbar problemi għan-nisa 2. Il-MEPA hi mezz ta’ kontroll tajjeb ħafna. Iżda ntuża ħażin. Dan minħabba laxkezza, indħil politiku u burokrazija żejda maħluqa għal min m’għandux protezzjoni. Għalhekk għandna bżonn ta’ Gvern serju. Gvern serju jnaqqas il-proċedura fejn mhemmx bżonnha u jittratta b’integrità kwistjonijiet dubjużi. 3. Naqbel ma’ dak kollu li hu frott ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu. Nemmen li f’Malta m’għandniex divorzju mhux għax aħna nsara daqshekk prattikanti iżda għax hawn ħafna ipokrezija. Divorzju li jinkiseb biss wara kawża u li jikkunsidra l-interessi tat-tfal tal-koppja u tas-soċjetà jista’ jkun pożittiv. Id-divorzju jerġa’ jgħaqqad l-familji u jista’ jagħti drittijiet lil tfal ta’ ġenituri separati li għalissa ma jistgħux igwadu minnhom. Jista’ jnaqqas ukoll ċertu piż minn fuq is-servizzi soċjali 4. Bidla radikali fil-ħinijiet 5. Dik tal-partit. Tmiem Maria Gauci - 13 Distrett, AN 1. Iva, in-nisa għandhom ħabta jħarsu lejn l-affarijiet minn lenti differenti u b’hekk jagħtu kontribut siewi ħafna f’diversi oqsma. 2. B’kors li għamilt dan l-aħħar, MA f’Islands and Small States Studies li fih kelli bħala main area International Environment, stajt napprezza kemm hu vast ix-xogħol tal-MEPA. Din għandha żewġ taqsimiet enormi li huma l-ambjent u l-ippjanar integrati f’Awtorità waħda! Hemm bżonn dejjem aktar dedikazzjoni professjonali u li għandha tingħata lil kulħadd skond quality service charter.
|
Intervista
|
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan