MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

Żeffiena Russi f'dinner dance ta' Zammit Dimech
Iż-żeffiena miġjuba bl-għajnuna ta' l-MTA

Julia Farrugia

Grupp ta' ballerini Russi li nġabu Malta bl-għajnuna ta' l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex jagħmlu wirja kulturali f'pajjiżna spiċċaw biex l-għada tal-wasla tagħhom ittieħdu jagħmlu wirja f'dinner dance bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Ministru Francis Zammit Dimech.
Din il-gazzetta għandha kopja ta' biljett ta' l-ajru li jikkonferma li kienet l-MTA li ħadet ħsieb il-finanzjament tal-biljetti ta' dan il-grupp. B'kollox id-delegazzjoni Russa kienet iffurmata minn 19-il persuna.
Il-biljett ta' l-ajru jindika li l-MTA użat ftehim ta' barter li għandha ma' l-Air Malta biex ‘tixtri' id-19-il biljett.
Sam Mifsud, iċ-Chairman tal-MTA, ikkonferma ma' Illum li “l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadet ħsieb il-loġistika, il-lukandi, it-titjiriet u t-trasport.”
Il-grupp Bize Lizu nġieb Malta fit-8 ta' Frar biex fit-12 ta' Frar, jagħmel wirja fit-Teatru Manoel. L-attività ngħatat reklamar estensiv fuq is-sit elettroniku tal-MTA www.visitmalta.com.
Il-ballerini kellhom jagħtu żewġ wirjiet kummerċjali oħra fil-lukanda The Grand Hotel Excelsior fil-Floriana, waħda fil-15 u l-oħra fis-16 ta' Frar. Iżda ġurnata biss wara li nġabu Malta ż-żeffiena Russi ttieħdu f'attività politika tal-Ministru Francis Zammit Dimech.

L-attività ta' Zammit Dimech, taħt forma ta' dinner dance, saret fil-lukanda Excelsior is-Sibt 9 ta' Frar.
Din il-gazzetta għandha f'idejha konferma li persuna mill-MTA tat struzzjonijiet biex fit-8 ta' Frar ikun żgurat li ma jeħlux xi bagalji barra minn Malta għaliex eżatt mal-wasla tagħhom “l-artisti għandhom sold out night jistennihom”.
Il-lejl mibjugħ li saret referenza għalih ma kien xejn għajr l-attività personali ta' Francis Zammit Dimech.
Ikkonfrontat minn din il-gazzetta Zammit Dimech ikkonferma li l-grupp ingħata għajnuna mill-MTA. Ammetta wkoll li l-istess ballerini Russi kienu preżenti għall-attivita' politika tiegħu.
“Kont naf lill-organizzatur u bħala kumpliment personali tani l-grupp Russu għad-dinner dance,” sostna Zammit Dimech.
Skond il-Ministru r-Russi ntużaw “biex jintwera sample tax-xogħol tagħhom.”
Waqt id-dinner dance intwerew biċċiet ta' l-ispettaklu Bize Lizu apparti l-mużika u l-kant li kien diġà ħaseb għalihom Zammit Dimech.
L-organizzatur li ġab iż-żeffiena Russi hu Kurt Galea Pace minn Għawdex. Galea Pace hu t-tifel ta' l-eks deputat Nazzjonalista Victor Galea Pace.

 

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan