MediaToday

Aħbarijiet | 24 ta’ Frar 2008 Nr 69

Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) reġa’ fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba li ġew ippubblikati s-sena li għaddiet. Il-premjijiet u l-għotjiet ta’ flus jingħataw lill-awturi ta’ l-aħjar kotba bil-Malti u b’lingwa oħra li ħarġu minn dar għall-pubblikazzjonijiet Maltin biss.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Sergio Grech qal: “Kif konna wegħidna, wara kull premjazzjoni, il-Kunsill jiddiskuti mhux biss is-serata imma l-premju nnifsu u naraw kif jista’ jkun iktar irfinat biex jaqdi l-ħtiġijiet li għalih twaqqaf. Il-kategoriji kibru u żdiedu iżda naqqasna wkoll waħdiet fejn ħassejna l-bżonn.”
Skond Grech, il-kategoriji tal-Poeżija u tad-Drama tnaqqsulhom in-numru ta’ premji filwaqt li dawk ta’ xogħlijiet ta’ riċerka u proża mhux fittizzja għall-adoloxxenti żdidilhom wieħed. Minbarra dawn żdied premju ieħor għad-disinjatur tal-ktieb li jirbaħ il-kategorija ta’ l-Aħjar Ktieb bi Produzzjoni Maltija.
Id-distinzjoni bejn il-kategoriji li jkollhom premju wieħed jew tlieta tiddependi mill-ammont ta’ ġeneri li jkun hemm fil-kategorija.
“Dan nagħmluh fuq dak li qed joħroġ fis-suq Malti. Pereżempju l-kotba għat-tfal illum tkattru u fil-ġeneru tara kategoriji differenti li aħna nħossu li għandhom ikunu ippremjati,” żied Grech li kompla jitkellem dwar l-għażla tal-ġurija, l-importanza tagħha u x’se jsir differenti din is-sena.
“L-għażla tal-ġurija hi importanti ħafna. Il-KNK jinvesti ħafna ħin biex jagħżel lin-nies. F’din l-għażla ma jiħdux sehem dawk il-membri tal-Kunsill li jkun se jdaħħlu xi ktieb. Din is-sena wkoll ħejjejna ktejjeb biex infakkru lill-ġurija dwar dmirijiethom. Mhux għax xogħolhom ma jafuhx imma linji ta’ gwida ġid jagħmlu mhux deni. Dan mhux indħil. Ngħiduha bla tlaqliq. In-nies li nsaqsuhom li jkunu f’din il-ġuriji huma esperti fil-linji tagħhom u mhux sempliċiment għax nafuhom jew ħwejjeġ bħal dawn.”
Din is-sena il-premjiniet se jkunu ta’ €700 (Lm300.51), trofew u ċertifikat għall-ewwel klassifikat u €470 (Lm201.77) u ċertifikat għat-tieni klassifikat. Jingħata premju ta’ €300 (Lm128.79), trofew u ċertifikat lill-ewwel klassifikat biss f’kull wieħed mill-premjijiet addizzjonali. Minbarra dawn jingħataw ukoll għotjiet promozzjonali u supplimentari.
Il-parteċipanti jridu jdaħħlu applikazzjoni għal kull ktieb li tinġabar flimkien ma’ ktejjeb tar-regolamenti mingħand is-Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb c/o Librerija Pubblika Ċentrali, Floriana.
Jistgħu jressqu x-xogħol tagħhom l-awturi jew min għandu d-dritt ta’ l-awturi bil-kunsens tal-pubblikaturi u l-pubblikaturi bil-kunsens ta’ l-awturi jew min għandu d-dritt ta’ l-awturi.
Il-parteċipanti għandhom jibagħtu erba’ kopji tal-ktieb lis-Segretarju, Librerija Pubblika Ċentrali sa mhux aktar tard minn nofsinhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju.

Intervista
Il-libertà u s-serħan tal-moħħ

Kurt Sansone jintervista lil Charlò Bonnici



Il Punt
Koalizzjoni
Arnold Cassola




Emmanuel Micallef
X'qed jaqra l-polz??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Iċ-ċavetta li biddlet lil dan il-pajjiż



X'kien Jgħid
Viljakkeriji



Wenzu Mintoff
Kollox possibbli
Iva, għalihom kollox possibbli. Għalina mhux. Għax dak li jagħmlu huma mbierek minn Alla imma li nagħmlu aħna għandu s-saħta tax-xjaten. Dakinhar li Lawrence Gonzi ġie proklamat Kap tal-Partit Nazzjonalista erba' snin ilu ma ddejjaqx jaqa' fl-ereżija meta qal li ‘bħalma jgħid l-innu tagħna, anki Alla hu magħna'.

 

 


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan