Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Uffiċjali fil-Partit Laburista ikkonfermaw ma’ din il-gazzetta li għall-aħħar mass meeting il-Partit Laburista se jġib Malta lill-kantant popolari Jaba.
Flimkien ma’ Jaba se jkun hemm ukoll DJ Ruby.
L-aħħar mass meeting tal-MLP tal-Ħamis 6 ta’ Marzu se jsir fil-Luxol Grounds f’
St Andrews. L-għażla ġabet magħha taqtiegħa bejn iż-żewġ partiti l-kbar.
Din il-gazzetta ikkonfermat ma’ persuna fil-Partit Nazzjonalista li l-PN tefa’ għajnejh ukoll fuq il-Luxol Grounds għall-aħħar żewġ mass meetings tiegħu.
L-istess sors sostna li għall-PN kien importanti ħafna li l-aħħar meeting isir f’dan il-post għax għandu rabta diretta ma’ l-aħħar mass meeting ta’ qabel ir-referendum li wassal biex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.
Illum tinsab infurmata li f’laqgħa ma’ John Rizzo, il-Kummissarju tal-Pulizija, iż-żewġ partiti ippreżentaw lista tal-postijiet fejn xtaqu jtellgħu l-mass meetings kollha tagħhom tul din il-kampanja elettorali.
Jirriżulta li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista xtaqu li l-aħħar żewġ meetings jagħmluhom fil-Luxol.
Peress li baqa’ ma ntlaħaqx qbil bejniethom ġie deċiż li tittella’ l-polza u fil-fatt il-Luxol Grounds marru għall-Partit Laburista.
S’issa għadu mhux magħruf fejn il-PN se jagħmel l-aħħar mass meetings tiegħu.
Sadanittant Illum tista’ tikkonferma li l-aħħar meeting tal-Partit Laburista ingħata l-isem ta’ “Rise Up for Change”. L-ikbar stennija se tkun għall-interpretazzjoni tad-diska ‘Rise Up’ li għamlet suċċess kbir matul is-sajf li għadda. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|