Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68
Kull sena minn Strada Rjali l-Ħamrun jgħaddu erba’ miljun karozza.
Sa llum il-parkeġġ hu wieħed mill-akbar problemi f’dan ir-raħal.
Inizjattiva tal-Kunsill lokali li ġiet issiġillata nhar l-Erbgħa li għadda se tagħti bidu għat-tmiem ta’ din il-problema.
Medda kbira ta’ art fl-inħawi magħrufa bħala ‘is-Suq l-Antik’ wara l-Knisja ta’ San Gejtanu għaddiet uffiċjalment mingħand il-Gvern f’idejn il-Kunsill Lokali biex dan ikun jista’ jiżviluppaha f’numru ta’ proġetti għall-komunità.
Il-Kunsill se joħloq ġnien rikreattiv u l-bini amministrattiv tiegħu li fost l-oħrajn se jinkludi ċentru għall-anzjani għal matul il-jum u nursery għat-tfal. F’dan l-istess sit se jinħoloq parkeġġ ta’ ħames sulari taħt l-art li jkun jista’ jilqa’ fih 160 karozza.
Is-Sindku Luciano Busuttil qal lil din il-gazzetta li l-parkeġġ se jkun wieħed kummerċjali għal dawk li jżuru r-raħal u filgħaxija jkun offrut parkeġġ b’xejn għar-residenti.
“Il-proġett kollu se jiswa nofs miljun lira Maltin u s-self biex titħallas din iċ-ċifra se jinġabar kollu mill-parkeġġ,” spjega s-Sindku tal-Ħamrun.
Mistoqsi jekk dan ifissirx li l-ħlas tal-parkeġġ se jkun wieħed għoli ħafna Busuttil eskluda dan.
“Il-parkeġġ se jitħaddem mill-kunsill u mhux minn kumpanija privata. Mill-kalkoli li għamilna kull spazju ta’ vettura se jiġġenera €2.33 (Lm1) kuljum,” qal is-Sindku. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|