Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ l-elezzjonijiet ġenerali f’Malta l-Partit Nazzjonalista se jagħmel maratona ġbir ta’ fondi oħra, ġimagħtejn biss qabel dan il-jum l-aktar importanti.
Il-maratona se ssir nhar is-Sibt li ġej.
Bit-tema “Maratona – iva, flimkien kollox possibbli”, il-PN għandu ħsieb li din il-ġurnata tkun wirja ta’ saħħa tal-partit. Wieħed mill-għanijiet ewlenin hu li s-somma li tinġabar tqawwi qalb il-partitarji akkaniti u twaqqa’ l-moral tal-partitarji Laburisti.
Din il-ġabra tista’ tkun l-aħħar waħda tal-partit fil-Gvern u possibbilment l-aħħar tentattiv għalissa biex jittaffew l-ispejjeż u d-dejn marbuta mal-kampanja elettorali u l-bini tad-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.
Mhux magħruf jekk il-Partit Laburista hux se jwieġeb b’xi ġabra ta’ l-istess tip.
Sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-MLP kien għadu ma ħax deċiżjoni dwar dan. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|