MediaToday

Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Vag dwar ir-riforma tal-Mepa

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħarab milli jwieġeb tliet mistoqsijiet importanti dwar ir-riforma li qed iwiegħed fil-Mepa.
Mitlub minn Illum biex jagħti lista konkreta ta’ l-affarijiet li se jbiddel, Gonzi semma biss li jrid li l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar ikollha “livelli ta’ effiċjenza akbar milli għandha llum u allura tweġibiet jingħataw aktar malajr. Ikun hemm livell aktar wiesa’ ta’ trasparenza b’livell ta’ enforcement li jkun ogħla u jkun hemm aktar konsistenza fid-deċiżjonijiet tal-Mepa.”
Mitlub minn din il-gazzetta biex jagħtina d-data ta’ meta din ir-riforma tkun lesta u fis-seħħ jekk jerġa’ jitla’ fil-Gvern, Lawrence Gonzi ma ta l-ebda dettalji ħlief li “malli jitla’ fil-Gvern jibda l-proċess.”
Il-Kap Nazzjonalista ħarab ukoll milli jagħti garanzija jekk fil-bordijiet tal-Mepa hux se jibqgħu jinħatru periti b’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess.
Għal darb’oħra Gonzi kien vag fit-tweġiba u reġa’ irrepeta dak li qal ftit sekondi qabel: “Jien diġà għidt li immedjatament li jiġi stabbilit gvern ġdid jibda l-proċess biex dak li għidt inwettquh fil-prattika.”
Mistoqsi jaqbilx li l-Mepa fl-aħħar ġimagħtejn irregolarizzat 26 kamra illegali fid-Dwejra f’Għawdex, Gonzi ħabat se jitlef il-paċenzja u tefa’ l-piż fuq il-Mepa.
“Aħna ma approvajna xejn. Il-proċess hu tal-Mepa.”
Ippressat minn Illum jekk jaqbilx ma’ din id-deċiżjoni speċjalment li l-affarijiet saru lejlet elezzjoni ġenerali Gonzi rrisponda li dan tarah il-Mepa għax hi l-Awtorità kompetenti.
Iżda minkejja li Gonzi f’nifs iddissassoċja ruħu minn mal-Mepa, f’nifs ieħor ta l-impressjoni li se jkun qed ikollu sehem f’deċiżjonijiet tal-Mepa.
“Ma nindaħalx fid-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu. Jien nagħmel mezz li d-deċiżjoni tkun skond il-Liġi, skond l-obbligi li hemm u skond it-trasparenza.”
Il-Prim Ministru wieġeb dawn il-mistoqsijiet fi tmiem l-inawgurazzjoni ta’ skate park fl-Imsida. Dan il-proġett ġie jiswa €256,231.07 (Lm110,000) li €93,174.94 (Lm40,000) minnhom tħallsu mill-Fond Għall-Kawżi Ġusti.
Din l-attività bdiet b’battibekk bejn il-Ministru George Pullicino u John Zammit, President tal-BMX Association Malta. Wara argument sħun mal-Ministru Pullicino John Zammit ħareġ minn fuq il-post u nfaqa’ jibki. F’ħin minnhom instema’ jgħid: “Jien lili l-ebda Ministru ma’ jkellimni hekk.”
Zammit, li ilu għal dawn l-aħħar 21 sena jaħdem f’dan is-settur, ħassu offiż li għal dan l-iskate park ma’ kienx konsultat. Membri fl-istess Assoċjazzjoni sostnew mal-ġurnalisti li “meta l-BMX Association Malta talbet fondi lill-Gvern dan dejjem ġab l-iskuża ta’ problema ta’ finanzi.”
Sadanittant il-Ministru Pullicino ta rendikont ta’ dan l-episodju lill-Prim Ministru u t-tnejn li huma fid-diskors tagħhom qagħdu attenti biex jagħmlu enfasi fuq il-fatt li gvern ġdid Nazzjonalista “jieħu ħsieb lil dawk dilettanti tal-BMX b’faċilitajiet għalihom ukoll.”

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan