Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68
Julia Farrugia
Il-kumpanija internazzjonali Endemol qatt ma tat permess lill-Where’s Everybody? (WE) biex jużaw il-format tal-programm ‘Deal or No Deal’ għal waqt attività politika mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Dan ikkonfermah Peter Krenn, il-persuna responsabbli mill-Corporate Communications ta’ l-Endemol.
Krenn sostna li “bħala regola ġenerali l-Endemol ma tiħux pożizzjonijiet politiċi. Aħna ma tajniex l-approvazzjoni biex il-format tagħna ta’ ‘Deal or No Deal’ jintuża f’attività politika,” qal Krenn lil Illum.
Il-ġimgħa li għaddiet il-preżentatur Pablo Micallef, ta’ ‘Deal or No Deal’, ħa sehem f’attività politika tal-PN billi għamel numru ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru. Waqt din l-attività Micallef kuldarba li rċieva tweġiba ta’ Lawrence Gonzi uża l-istess prinċipju tal-programm u staqsieh “Deal or No Deal?”.
Il-Kap Nazzjonalista kompla miegħu billi ħa ‘id-deals’ li sarulu.
Għal dawn l-aħħar jiem il-media tal-Partit Laburista xandret siltiet minn din l-attività politika u waqqgħet għaċ-ċajt il-fatt li l-Prim Ministru spiċċa jieħu d-deals.
Fi ftit sigħat fuq is-sit popolari ta’ l-internet youtube.com ittellgħu wkoll il-clips tal-laqgħa taħt it-tinda li kellu Gonzi fejn juruh jieħu d-deals li offrielu Micallef. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|