MediaToday

Editorjal | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Id-dritt tal-vot

L-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu hi kapitlu ġdid fl-istorja qasira ta’ dan in-nazzjon minn mindu ħa rajh f’idejh fl-1964.
Din se tkun l-ewwel darba li l-poplu Malti hu msejjaħ biex jixħet il-vot tiegħu biex jagħżel ir-rappreżentanti tiegħu minn meta pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Għall-ewwel darba mill-1996 l-għażla quddiem l-elettorat mhix imxekkla minn kwistjonijiet nazzjonali li jissuperaw kull kunsiderazzjoni oħra.
Din id-darba l-għażla hi bejn il-viżjoni differenti tas-soċjetà li qed jippreżentaw l-erba’ partiti politiċi ewlenin. L-għażla hi bejn dak li qed jipproponu l-partiti dwar kif se tkun ir-relazzjoni bejn l-Istat u ċ-ċittadin. L-għażla hi bejn il-programm ekonomiku li qed iressqu quddiem in-nies l-erba’ partiti u l-mod kif iħarsu lejn it-tħaddim tas-suq ħieles.
M’aħniex se ngħidu lill-qarrejja x’jagħmlu bil-vot tagħhom. Minflok se nippruvaw ngħinuhom jifhmu l-erba’ toroq li qed jippreżentawlhom il-partiti biex l-għażla aħħarija tkun waħda infurmata u fl-aħjar interess tagħhom u tal-pajjiż.
Madankollu hemm sitt punti li nħossu li huma importanti u li għandhom jiggwidaw il-klassi politika f’din il-kampanja elettorali.
1. Pajjiż demokratiku ma jfittixx biss dak li jaqbel għall-maġġoranza iżda jħares ukoll id-drittijiet tal-minoranzi b’mod sħiħ. F’dan il-kuntest irridu naraw politika li tirrikonoxxi relazzjonijiet familjarji li mhumiex tradizzjonali, inkluż dawk bejn persuni gay.
2. Pajjiż sekulari jirrispetta d-dritt ta’ l-individwu li jipprattika t-twemmin li jixtieq hu. Madankollu l-Istat m’għandux jiġbed il-ħbula ta’ xi reliġjon. F’dan il-kuntest nixtiequ naraw bidla fil-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u l-Vatikan fl-1995 fejn iż-żwieġ bil-Knisja u t-tribunali ekklesjastiċi tpoġġew fuq l-istess livell taż-żwieġ ċivili u l-qrati.
3. Pajjiż dinjituż jaħdem biex ħadd ma jibqa’ lura. F’dan
il-kuntest nixtiequ naraw sistema edukattiva inklussiva li ma tibqax iffukata biss fuq l-eżamijiet fl-aħħar tas-sitt sena tal-primarja. Nemmnu li t-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni sħiħa li tgħinhom ikunu ċittadini kritiċi, kapaċi u kreattivi.
4. Pajjiż modern ifisser li l-partiti politiċi jkunu trasparenti fit-tħaddim ta’ ħwejjiġhom. F’dan il-kuntest nixtiequ naraw trasparenza sħiħa fil-mod ta’ kif inhuma iffinanzjati, b’regoli ċari li jiddeterminaw min u kemm għandhom jingħataw donazzjonijiet.
5. Pajjiż ħieles irid ikollu ċittadini ħielsa. F’dan il-kuntest nixtiequ naraw impenn ċar biex il-faqar f’dan il-pajjiż jinqered darba għal dejjem b’miżuri soċjali li jemanċipaw lill-individwu u deċiżjonijiet ekonomiċi li jkattru l-impjiegi fissi.
6. Pajjiż serju jimmira għal kwalità ta’ ħajja aħjar. F’dan il-kuntest nemmnu li l-kwalità tal-għajxien għandha titkejjel ukoll bl-ammont ta’ ħin ħieles li jistgħu jgawdu l-familji u l-ispazji miftuħa fejn it-tfal ikunu jistgħu jimirħu mingħajr perikli.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan