MediaToday

Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Nixtieq kampanja tajba li tgħaddi malajr

Sue Vassallo titkellem dwar l-esperjenza tagħha f’kampanja elettorali ta’ partit żgħir li qed jaspira biex ibiddel is-sitwazzjoni politika

X’inhu rwol tiegħek f’din il-kampanja elettorali?
Nipprova nkun akkoljenti meta n-nies iċemplu d-dar u meta jiltaqgħu miegħi fit-triq. Madankollu, minħabba li spiss jew kważi dejjem ikolli t-tfal miegħi, mhux dejjem possibbli ndum ħafna nitkellem magħhom! Is-soltu jekk għandhom xi mistoqsija li ma nistax nwieġeb ngħidilhom iċemplu l-uffiċċju tal-AD.

Taffettwak kampanja elettorali?
Iva. Fejn is-soltu l-ħin ta’ Harry magħna bħala familja diġà ma jkunx wisq, matul il-kampanja iżjed u iżjed jonqos. Ma narahx u ovvjament it-tfal ma jarawhx ukoll. Hemm l-eċċitament, imma dejjem nixtieq li tkun kampanja tajba u li tgħaddi malajr.

X’tibdil rajt f’Harry tul din il-kampanja?
Kien kuntent li fl-aħħar kien hemm deċiżjoni dwar id-data ta’ l-elezzjoni imma mill-bqija rajtu iżjed imħabbat peress li qed jagħmel il-home visits kuljum u jidħol iżjed tard.  Naħseb ma tantx qed jiekol biżżejjed jew jekk qed jiekol xi ħaġa naħseb ma tantx hu sustanzjuż daqslikieku qed jiekol magħna d-dar. Nipprova ngħidlu x’sajjart u ġieli jsib il-ħin biex fis-1pm jgħaddi d-dar.
Il-komunikazzjoni bejnietkom dominata biss mill-politika?
Le, ma tkunx fuq politika biss. Insib il-ħin għal xi ċajta tajba jew aħbar fuq it-tfal, speċjalment fuq x’jagħmlu matul il-ġurnata.

Għalfejn in-nies għandhom jagħżlu lil Harry?
Harry sinċier f’dak li jemmen fuq l-ambjent u verament jixtieq ikun hemm bidla ħalli l-partiti jibdew jaħdmu flimkien għall-aħjar futur ta’ Malta u Għawdex u tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

X’inhi l-aktar kwistjoni li n-nies għandhom jiftħu għajnejhom dwarha f’din l-elezzjoni?
Li rridu naħdmu u ngħixu flimkien anki jekk politikament ma tantx naqblu. Fl-aħħar mill-aħħar aħna Maltin u kulħadd iħobb il-gżejjer tagħna. Għandna nkunu kburin li ngħixu hawnhekk anki jekk mhix sitwazzjoni perfetta. Hawnhekk darna.

Iddiskutejtu l-possibiltà ta’ telfa elettorali?
Iva. Dejjem trid ikollok saqajk ma’ l-art u tkun preparata għal kull ħaġa, anki f’elezzjoni ġenerali.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan