Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68 353 proposta mill-PN F’konferenza ġenerali straordinarja lbieraħ il-PN approva it-353 proposta li se jiffurmaw il-programm ta’ ħidma għas-snin li ġejjin. Fost il-proposti hemm uħud intiżi biex jilqgħu għat-theddida li għandu l-PN mill-partiti ż-żgħar. Dawn huma wħud mill-proposti: Wirt: Titneħħa t-taxxa fuq il-wirt anki meta l-proprjetà tgħaddi mill-ġenituri għall-ulied Kaċċa u nsib: Jiġu ipprattikati b’konformità mar-regolamenti ta’ l-UE kif interpretati mill-Qorti Ewropea Għawdex: Jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi. Ikun żviluppat l-ewwel faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films Kriminalità: Jiġu introdotti tags elettroniċi għall-persuni li jkunu akkużati b’reati serji li jinħelsu bi pleġġ sakemm jgħaddu ġuri. Jitwaqqaf reġistru bl-ismijiet ta’ persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati sesswali serji li jkun aċċessibbli għall-forzi ta’ l-ordni u istituzzjonijiet oħra. Trasparenza: Ħatriet f’bordijiet tal-Gvern isiru wara sejħa pubblika għall-applikazzjoni. Issir liġi biex tipproteġi l-Whistleblowers ħalli tiżdied it-trasparenza u l-kontabbiltà fl-amministrazzjoni pubblika. |
Intervista
|
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan