Aħbarijiet | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68
Jattakahom, wara jwelldilhom it-trabi
Sabrina Agius
Filwaqt li bid-diskors il-Kap ta’ Azzjoni Nazzjonali Josie Muscat hu aħrax fil-konfront ta’ l-ommijiet weħidhom, is-sena li għaddiet fl-isptarijiet privati tiegħu twieldu 32 tarbija lil ommijiet weħidhom. Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar il-konsistenza politika tiegħu fuq is-suġġett meta fil-professjoni privata tiegħu ma jsib l-ebda problema jieħu flus ommijiet weħidhom biex iwellidhom Muscat insista li hu ma kienx qed jagħtihom il-benefiċċji soċjali.
“Pazjent hu pazjent,” insista Muscat.
Fi żmien meta l-ammont ta’ trabi li twieldu lil ommijiet weħidhom qabeż is-700 f’sena d-diskors iebes ta’ Muscat matul konferenza stampa li xxandret fuq TVM nhar l-Erbgħa qanqal rabja fost min għadda minn din il-problema.
Fl-2007 twieldu 742 tarbija lil ommijiet weħidhom. Fost dawn it-trabi 32 minnhom twieldu fl-isptarijiet privati ta’ Muscat u sitta oħra twieldu fi sptar ieħor privat.
Ikkonfrontat b’dawn il-fatti lbieraħ Muscat baqa’ jinsisti li jitkellem fuq l-abbuż qisu l-ommijiet weħidhom kollha qed jabbużaw mis-servizzi soċjali.
“L-abbuż irid jieqaf. Mela l-ewwel ifattruha mbagħad jiktbu father unknown. Il-Gvern imissu joħroġ liġi fejn tgħid li aħna t-tobba ma nistgħux inniżlu father unkown fuq iċ-ċertifikat tat-twelid u jekk trid, imbagħad l-omm, tmur tipprova bil-kontra fil-qorti. Kif jista’ jkun f’dawn iż-żminijiet ma tkunx taf min hu missier it-tarbija?”
Muscat kien qed jitkellem ma’ illum wara l-konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret ilbieraħ bit-tema ‘Ngħinu lil kulħadd iqum fuq saqajh’.
F’din il-konferenza spikkat id-dikjarazzjoni tal-partit favur id-dritt li koppji ta’ l-istess sess jirreġistraw l-għaqda tagħhom permezz ta’ kuntratt ċivili (civil partnership).
Din il-pożizzjoni tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet li għamlu esponenti ta’ AN, inkluż Muscat, sa ftit tax-xhur ilu kontra xi forma ta’ rikonoxximent għal koppji ta’ l-istess sess.
“Teżisti diskriminazzjoni legali fil-konfront ta’ dawn ir-relazzjonijiet,” tenna Muscat ilbieraħ.
Fost affarijiet oħra dan il-kuntratt jirrikonoxxi d-drittijiet bħal opportunità ta’ self konġunt mill-banek, opportunità ta’ komputazzjoni ta’ taxxa konġunta, polza ta’ assigurazzjoni flimkien u d-dritt tas-suċċessjoni f’każ li wieħed mit-tnejn jiġi nieqes.
Muscat insista li l-kelma żwieġ għandha tintuża biss għal koppji magħmula minn raġel u mara biex jibnu familja tradizzjonali.
|
|
Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras
Editorijal
Il Punt
Christopher Cutajar
TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Wenzu Mintoff Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|