MediaToday

Pjazzetta | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Dokumentarju dwar il-bisien fil-Kavallier ta’ San Ġakbu

L-Emirates, il-linja ta’ l-ajru internazzjonali bbażata f’Dubaj, se turi d-dokumentarju Al Maha, Through the Eyes of a Falcon, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt. Dan id-dokumentarju ta’ nofs siegħa juri l-vjaġġ ta’ bisien żgħar, mit-twelid tagħhom f’ċentru apposta għall-breeding f’Dubaj, it-tħejjija u t-taħriġ tagħhom biex jittieħdu lura
fis-selvaġġ u fl-aħħar il-ħelsien tagħhom fis-selvaġġ fl-Użbekistan.
Il-film inġibed fl-Al Maha Desert Resort & Spa u d-Dubai Desert Conservation Reserve (DDCR), li għandha medda ta’ art ta’ 225km2, li tissarraf f’ħamsa fil-mija ta’ Dubaj kollu.
Al Maha kien strumentali biex titwaqqaf din ir-riserva unika li ngħatat protezzjoni permanenti taħt ordni tal-Mexxej tal-pajjiż. Ir-riserva taħdem bħala Park Nazzjonali bl-art tagħha mqiegħda taħt l-immaniġġar tas-selvaġġ u hi l-uniku post fil-pajjiż fejn viżitaturi jistgħu jaraw id-deżert u l-ħajja selvaġġa.
Il-bies Saker hu wieħed mill-għasafar tal-priża fid-dinja li hu l-aktar fil-periklu li jinqered għal kollox. Hemm biss minnu madwar 8,000 par tat-tnissil fid-dinja kollha. L-istazzjon televiżiv Ġermaniż Bayerischer Rundfunk, flimkien ma’ Xejk Butti bin Maktoum bin Juma Al Maktoum u megħjun minn Emirates Airline, ġibed xeni mill-isbaħ tal-bisien f’Dubaj.
Paul Fleri Soler, maniġer ta’ Emirates għal Malta u Ċipru, qal: “Dan il-film hu rekord memorabbli u mill-isbaħ dwar inizjattiva eċitanti ta’ konservazzjoni li juri l-valur tax-xogħol ta’ konservazzjoni li qed isir mid-DDCR u Al Maha. Nittamaw li l-wiri tiegħu f’Malta jqajjem interess u apprezzament għall-ambjent naturali u għall-konservazzjoni.”
Al Maha, Through the Eyes of a Falcon, diġà rebaħ tliet unuri. Ħa l-ewwel post fil-kategorija ta’ film qasir fil-GreenScreen Nature Festival f’Eckernförde u żewġ Premji Onorarji għaċ-Ċinematografija u L-Aħjar Storja ta’ Konservazzjoni.
Il-film se jkun b’xejn u jintwera fis-1pm; fis-2pm; fit-3pm; fl-4pm u fil-5pm, nhar is-Sibt 23 ta’ Frar u nhar il-Ħadd 24. Biex tibbukkja post ibgħat fuq pr-unit@bpc.com.mt.


Diska ġdida mill-Fakawi

Fl-aħħar id-diska tal-Fakawi ħarġet. Wara bosta workshops, sessjonijiet ta’ yoga u bosta żjarat lill-Oraklu ta’ Delphi, il-grupp mużikali wasal għall-konklużjoni li l-aħjar mod biex ikomplu hu billi joħorġu bi Smart Song.
Id-diska hi tipika tal-grupp u fiha bosta “ingredjenti ta’ ħsejjes li jagħmluha waħda li tibqa’ tissemma’ fit-tul”.
Din is-sena se tkun waħda mimlija daqs bajda għall-Fakawi. Bħalissa qegħdin jaħdmu fuq xogħol li se joħroġ fix-xhur li ġejjin kif ukoll DVD li juru waħda mill-aħħar spettakli li taw is-sena li għaddiet.
Żur www.myspace.com/fakawiband.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan