MediaToday

Ittri | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Messaġġ ċar u sempliċi

Minn Alex Saliba,
Ħal Tarxien

Il-Partit Laburista f’din il-kampanja elettorali qiegħed iwassal messaġġ ċar u sempliċi. Dan hu messaġġ ta’ tama lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Bidla kajmana imma bidla li se taffettwa lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-Partit Nazzjonalista wara 20 sena fil-Gvern sar arroganti u inkompetenti. Għalih kull tip ta’ korruzjoni hi possibli u ilu snin twal jagħlaq għajnejh wara li jaffaċċa ruħu b’każ wara każ ta’ korruzzjoni sfaxxata.
Il-Partit Laburista qed jikkommetti ruħu li juru tolleranza żero għal kull tip u forma ta’ korruzzjoni. Pajjiżna għandu bżonn tmexxija effiċjenti bi pjan konkret u fattibli biex tkun tista’ tmexxi ’l quddiem il-politika nazzjonali tal-pajjiż. Il-Pjan għall-Bidu Ġdid li fuqu hi msejsa l-politika Laburista hu pjan li jolqot lil kull settur fil-pajjiż. Pjan sħiħ li fih kull ċittadin Malti u Għawdxi għandu funzjoni importanti ħafna.
Għalina tal-Partit Laburista ħadd mhu għar-rimi, kulħadd għandu potenzjali x’jagħti biex pajjiżna jkun jista’ jimxi ’l quddiem.
Illum il-ġurnata lejlet l-elezzjoni ġenerali l-Prim Ministru qed jiġġieled din il-kampanja elettorali waħdu għaliex jistħi juri l-ministri li tul dawn l-aħħar snin kienu jiffurmaw parti mill-Gvern Nazzjonalista.
Meta wieħed jara dan kollu jistaqsi mistoqsija sempliċi. Għalfejn qed jagħmel hekk Gonzi? Forsi jibża’ li ċerti uċuh ta’ ministri jistgħu jitfgħu dell ikrah fuq il-partit tagħhom? Forsi intebħu li l-politika li użaw tul dawn l-aħħar snin kienet waħda żbaljata u issa jridu jibdew jibnu kollox mill-ġdid?
Madankollu wieħed jista’ jinnota li l-magna propogandistika tal-Partit Nazzjonalista tinsab f’paniku qawwi. Qed jirrikorru għal kampanja ibbażata biss fuq it-tagħwiġ ta’ fatti.
Qed jattakaw il-proposta tal-Partit Laburista dwar ir-reception class u jipproġettawha bħala miżura li titfa’ t-tfal tagħna sena lura. Din gidba sfaċċata għax kulħadd jaf is-suċċess li din is-sistema kellha ġewwa Franza u fil-pajjiżi Skandinavi.
Gidba sfaċċata oħra kienet dik li l-Partit Laburista jaqta’ l-benefiċji soċjali. Jien nagħmel mistoqsija lill-qarejja. Kif jista’ jkun li l-partit li welled dawn is-servizzi jaqtagħhom hu stess?
Alfred Sant bit-tim kollu Laburista warajh hu s-soluzzjoni għall-problemi kollha li pajjiżna qed jiffaċċa. Żmien in-Nazzjonalisti għadda. Pajjiżna ħaqqu aħjar. Għalhekk ninsab ċert li fi ftit tal-jiem oħra l-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel Labour.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan