MediaToday

Ittri | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Gvern bla ħeġġa quddiem l-UE

Minn Edward Decelis,
Segretarju Ġenerali tal-Moviment Kaċċaturi Nassaba u Ambjentalisti,
Mosta

Il-mod ta’ kif il-Gvern Malti donnu rrassenja ruħu għall-ordnijiet li jingħatawlu mill- Kummissjoni għall-Ambjent ta’ l-UE u għal dak li tista’ tiddeċiedi l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-konfront tal-ftuħ ta’ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib fir-Rebbiegħa f’pajjiżna, iġiegħlek taħseb li neħħa xi balla minn fuq l-istonku tiegħu għax dak li ried jew xtaq hu, u li ma setax jagħmlu, issa għamlitulu l-Unjoni Ewropea, u dan minkejja t-teatrini li qegħdin naraw u nisimgħu minnu, u minn min suppost li serva ta’ tarka għall kaċċaturi u n-nassaba.
Kif se jagħmel il-Gvern Malti biex jikkonfronta lill-Kummissjoni Ambjentali ta’ l-Unjoni Ewropea u jwaqqgħalha l-argumenti xejn validi tagħha quddiem din il-Qorti?
Mingħand min ħa l-pariri tiegħu? Jew min huma l-esperti li għamlu l-istudju profond tagħhom dwar għaliex il-passa migratorja u ż-żminijiet proprja u vera tar-riproduzzjoni?
Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti b’dispjaċir jgħid li mhux veru li l-Gvern tal-ġurnata qed jieħu b’tant serjetà din il-kwistjoni ta’ l-istaġun tar-rebbiegħa tant li hu bla ħeġġa fil-konfront tal-Kummissjoni Ambjentali ta’ l-Unjoni Ewropea li huma magħlufa b’informazzjoni falza minn Maltin oħra bl-aktar mod diżonest.
L-istorja tirrepeti ruħha jgħidu, u hekk se jerġa’ jiġri. U meta xi snin ilu l-istaġun tar-rebbiegħa kien ukoll ġie sospiż kienu l-istess kaċċaturi u nassaba li ddeċidew f’mument tant delikat biex jerġgħu iġibuh lura legalment.
Żmien il-kontijiet reġa’ wasal. Il-ġibda tax-xbiek se tkun b’saħħitha ħalli l-qabda ma tfallix. Tant ukoll li t-tir se jkun fil-mira ħalli jolqot u jkun preċiż.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan