MediaToday

Ittri | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Par idejn sodi

Minn Evan Chetcuti,
Siġġiewi

Kulmeta nisma’ din il-frażi veru ġġibli tbissima akbar milli jkollu l-Prim Ministru kulfejn jara l-kamera tat-televiżjoni. Biex issejjaħ lil Gonzi ‘par idejn sodi’ jew ma tkunx tafx xi tfisser jew inkella trid tinganna.
Kif tista’ ssejjaħ lil Gonzi par idejn sodi biex hekk kif laħaq kap ħalla lill-ministri kollha hemm ħlief wieħed. Par idejn sodi meta kull akkuża ta’ korruzzjoni baqa’ ċass quddiemha u tefa’ kollox taħt it-tapit? Par idejn sodi meta beda jara l-fabbriki jagħlqu bil-ħaddiema ħerġin jibku u hu baqa’ lampa stampa? Par idejn sodi bil-permessi ħerġin tal-bini qishom pastizzi u l-ambjent mitluq u ħmieġ kullimkien?
Biex jitgħallem kif tkun par idejn sodi nitlob lil Gonzi jħares lejn Alfred Sant meta qed jagħmilha ċara li se jkun hemm tolleranza żero għall-korruzzjoni. Sant qed jinsisti li f’dawn l-affarijiet m’hemmx ħbieb. Hekk tkun par idejn sodi!

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan