MediaToday

Ittri | 17 ta’ Frar 2008 Nr 68

Il-livell tal-għajxien

Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug,
Valletta

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tqies li t-tema dominanti f’din l-elezzjoni hi waħda soċjali, jigifieri l-livell tal-għajxien. Għażilna din it-tema għall-fatt li filwaqt li ħafna nies qed jesperjenzaw għoli tal-ħajja, kundizzjonijiet ta’ xogħol inferjuri u tnaqqir fil-livell tal-għajxien, minn naħa l-oħra hemm gruppi mill-klassijiet soċjali ta’ fuq li jidhru li huma omnipotenti.
Din għalina hi kontradizzjoni li qed twassal għal bosta tbatijiet u sagrifiċċji għal eluf ta’ ħaddiema u familji. Għalhekk nemmnu li pajjiżna għandu bżonn direzzjoni soċjo-ekonomika li tħares lejn mudell soċjali u mhux wieħed neo-liberali. F’dan ir-rigward, tinħtieġ politika li filwaqt li toħloq ix-xogħol tagħti wkoll iktar saħħa lill-klassi tal-ħaddiema u li tiddefendi l-welfare state li għandu jenfasizza l-ugwaljanza,
il-ġustizzja soċjali, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà.
Biex isir dan Żminijietna –Leħen ix-Xellug qed tappella għall-politika li twaqqaf l-iżmantellar tas-servizzi pubbliċi, li tiżgura li d-dħul tal-ħaddiema jiżdiedu u li tintaxxa l-iktar lil min jiflaħ l-iktar. Għalhekk, ma nistgħux naqblu ma’ politika ta’ privatizzazzjoni u liberalizazzjoni u ma’ politika li tnaqqas it-taxxi lis-sinjuri u li żżid il-piżijiet fuq il-ħaddiema.
Teħtieġ ukoll politika progressiva ta’ inklużjoni li tiffaċċja r-realtajiet ta’ llum ta’ familji b’forom differenti kif ukoll bżonn ta’ kontroll fil-prezzijiet tal-housing.
Żminijietna bl-ebda mod ma tista’ tappoġġa politika li tiffavorixxi iktar liberaliżmu fil-qasam tal-djar, liberalizazzjoni li ġġib magħha problemi u diffikultajiet serji għal eluf ta’ familji.
Gvern ġdid għandu wkoll jaddotta politika ambjentali sostenibbli li tħares il-ġid komuni u fl-istess ħin ma titfax iktar piżijiet fuq il-ħaddiema.
Fil-ġranet li ġejjin Żminijietna se tissottometti memorandum dwar l-elezzjoni ġenerali lill-partiti politiċi u lill-istampa. Matul il-kampanja elettorali Żminijietna se żżomm lill-pubbliku infurmat minn lenti kritika, kostruttiva u informattiva dwar x’inhu fl-aħjar interess sabiex ikun hawn politika ta’ ugwaljanza u ġustizzja soċjali.

Intervista
“A sense of can do”

Kurt Sansone jintervista lil Alex Sciberras


Editorijal

Ommijiet weħidhom


Il Punt
Ħames bozozi
Christopher Cutajar




Emmanuel Micallef
Riħa tintenn tad-“W...C...”


Carmelo Mifsud Bonnici

Ambjent apprezzat minn pajjiż mibdul



X'kien Jgħid
Uno per tutti vs Tutti per uno



Wenzu Mintoff

Fil-Mater Dei
Il-ħafna kontroversji li tberfel u tħabbel fihom il-Mater Dei ma kinux fuq jekk dan l-isptar hux state-of-the-art jew le. Il-busillis kollu kien dwar kemm kienet ġustifikata n-nefqa tas-somma astronomika ta' €700 miljun li ġew sburżjati fuq dan l-isptar.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan