MediaToday

Wenzu Mintoiff | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.
Addio t-tradizzjoni politika fuq il-mudell ta’ Westminister li writna mingħand l-Ingliżi. Addio l-fatt li l-elezzjoni ġenerali f’Malta hi elezzjoni biex jinħatar il-Parlament tal-pajjiż li mbagħad minnu jiġi iffurmat il-Gvern. Jekk għall-konvenjenza politika tal-mument in-Nazzjonalisti jaħsbu li jaqblilhom li għandhom jixximjottaw il-mudell Amerikan, ‘so be it’, kif jgħidu l-Ingliżi u ‘hekk ikun’ kif jgħidu l-Maltin.

Santi Padri
‘GonziPN’ qed jgħidulna. Dan minn mindu bniedem wieħed sar jagħmel partit sħiħ? Marru lura b’xi 50 sena għal żmien tal-caudillismo u l-patrijarkiżmu ta’ żmien Dom Mintoff u Giorgio Borg Olivier.
Tifhem li fiż-żmien ta’ wara l-gwerra kien inevitabbli li fil-ġlieda kontra l-kolonjaliżmu ried ikollok mexxejja politiċi b’saħħithom imdawrin ukoll b’kult qawwi tal-personalità u bl-awra ta’ ‘salvaturi’ jew ta’ santi padri tal-patrija. Imma qajla jagħmel sens fil-ħajja movimentata u mgħaġġla ta’ llum, fejn kollox hu fluwidu u ma tista’ tankra ma’ xejn, li jkollok min jaħdem fuq dan it-tip ta’ mudell politiku mill-iktar antikwat.
Gonzi jista’ jkollu karattru dħuli kemm trid u żgur mhux nieqes mit-tbissim plastiku. Imma jkolli ngħid li l-modestja ma jafx fejn toqgħod. Għall-inqas din hi l-perċezzjoni tiegħu li tiġi proġettata kontinwament bl-istrateġija insensata tal-Partit Nazzjonalista. Gonzi ilu għaddej kważi erba’ snin bil-kantaliena li qisu x-xemx bdiet tiela’ f’dan il-pajjiż minn meta hu sar kap tal-Partit Nazzjonalista. Dak kollu li ġara qablu, bit-tajjeb u l-ħażin, qisu qatt ma eżista.
Gonzi mexa fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-istateġisti Nazzjonalisti biex joħloq l-illużjoni li hu kien qed imexxi vern ġdid meta fil-fatt il-Gvern immexxi minnu kien kollox barra ġdid. Gonzi għamel erba’ snin bħala Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż meta ma kellux mandat mogħti lilu mill-poplu imma minn ftit mijiet ta’ kunsilliera Nazzjonalisti li tgħidx kemm xerrdu demm u qatgħu lanżit bejniethom fit-tiġrija bejn il-ħbieb biex inħatar kap Nazzjonalista.
Kull appuntament li kellu biex jiffaċċa lill-poplu f’elezzjonijiet nazzjonali jew lokali Gonzi spiċċa fallielu bl-ikrah.

Kontradittorju
Proprju hawnhekk toħroġ qawwija ħafna l-kontradittorjetà u l-messaġġi konfliġġenti kif joħorġu mill-istampa ta’ Lawrence Gonzi ipproġettat mill-magna Nazzjonalista. Proprju fil-mument fejn wara ’l hekk imsejħa tiġrija bejn il-ħbieb imissu investa fil-kompattezza u fil-koeżjoni fil-front-bench Nazzjonalista, Gonzi ħalla lilu nnifsu jintrikeb minn dawk l-elementi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li l-arroganza u l-prepotenza tant telgħet għal rashom li mingħajr wisq ħsieb iddeċidew li jmorru għal qtugħ ir-ras ta’ Ġwanni Dalli.
Fenech Adami, wieħed mis-santi padri per eċċellenza tal-PN, kien jirnexxilu mingħajr wisq sforzi jgħaqqad ix-xquq u l-konsenturi li kienu jiżviluppaw minn żmien għal żmien għax lil ta’ madwaru kien iġibilhom sudizzjoni.
Minn naħa tiegħu Lawrence Gonzi, li għal ħafna minn sħabu l-ministri kien ikkunsidrat bħala ‘il nuovo arrivato’ u żgur ma kellux l-istoffa politika li kellu ta’ qablu, spiċċa b’emoraġija kontinwa minn saffi differenti tal-partit li ma tistax titwaqqaf.
Ma naqsux il-battibekki territorjali bejn ministri differenti fil-kabinett ta’ Gonzi u ma naqsux lanqas ir-rivalitajiet b’uħud minnhom imorru lura sew fl-istorja. Ħu mill-każ ta’ l-iskandlu ta’ l-Awżiljari li nqabad fih Louis Galea. Niftakar sew li l-kompjuter li kien fih l-informazzjoni kollha dwar l-amministrazzjoni korrotta ta’ din l-iskema kien insteraq fil-jum ta’ l-elezzjoni generali tat-22 ta’ Frar 1992 minn uffiċċju f’Ħal Far.
Madanakollu xorta waħda l-informazzjoni ħarġet bid-dettalji kollha minn iktar minn sors wieħed. L-iktar interessanti, fosthom xi ħadd li dak iż-żmien kien fil-Partit Nazzjonalista, għadu tiela’ skaluna skaluna u llum il-ġurnata s-sellum telgħu kważi kollu.
Il-kontradittorjetà ta’ Lawrence Gonzi toħroġ ukoll mill-fatt li fl-istess nifs li kien isostni li l-Gvern tiegħu kien ġdid u differenti minn tal-predeċessur tiegħu kellu Kabinett tal-Ministri kważi fotokopja identika ta’ dak ta’ qablu. Ipprova jagħti l-impressjoni li kien kapaċi jiddeċiedi u jkun determinat fl-għażliet li għamel meta spiċċa jittituba mhux ftit u jitkaxkar fuq kwistjonijiet mill-iktar importanti bħal reshuffle fil-kabinett u d-data ta’ l-elezzjoni.
Kien jagħti l-impressjoni li l-Gvern tiegħu kien miftum minn dak ta’ qablu, ta’ dak li kien dilku biż-żejt qabel il-konsagrazzjoni, meta kontra l-parir kważi ta’ kulħadd spiċċa qabbżu minn kariga għall-oħra.
Din il-kampanja ta’ ‘GonziPN’ qed tispiċċa tkun kontroproduċenti għall-istess Lawrence Gonzi għax iktar ma tiffoka fuqu iktar qed joħorġu d-difetti u l-limitazzjonijiet politiċi li għandu. Kampanja li tista’ wkoll tiżnaturah u tirrendih antipatku f’għajnejn ċerti sezzjonijiet ta’ l-elettorat bl-impressjoni li qed tingħata li kollox hu u hu biss tajjeb u li hu omnipotenti biżżejjed li jista’ jisparixxi lil sħabu l-ministri mill-kampanja kif irid u kif jogħġbu. Replika iktar imġebbda ta’ dak li kien ġara ħames snin ilu meta l-ministri l-antiki kienu bilkemm jidhru fil-billboards tal-kandidati kollha fuq il-ħaxix tal-Girgenti biex imbagħad l-għada ta’ l-elezzjoni kienu reġgħu tfaċċaw kollha.

Daphne
Din il-kampanja Amerikanizzata ta’ ‘GonziPN’ tistrieħ fuq numru ta’ elementi oħrajn, ewlenin fosthom
id-demonizzazzjoni ta’ Alfred Sant, sikkina li tista’ taqta’ miż-żewġ naħat u li ma tistax tintuża bl-addoċċ u bla skrupli bħalma kienet użata f’kampanji elettorali oħrajn għax din id-darba taf taqta’ f’id min jittanta jużaha.
Kampanja li tistrieħ ukoll fuq it-taqligħ ta’ snobb bħal Daphne Caruana Galizia li mhux linka għandha fil-pinna tagħha imma porkerija ta’ l-imħatt, tant kemm tobgħod lin-nofs Malta Laburista. Il-Ħadd Daphne tikteb l-iskript tal-propaganda Nazzjonalista u ftit sigħat wara joħroġ il-viżwal ta’ dan l-iskript fuq il-billboards tal-PN bl-uċuħ tal-front-bench Laburista.
In-Nazzjonalisti l-ħin kollu jiġbdu l-ispag ta’ diversi pupazzi oħrajn li għandhom f’sezzjonijiet mill-media indipendenti biex mingħalihom iwerwru l-votanti li din id-darba jistgħu jkunu ittantati jivvutaw lil xi wieħed mill-partiti ż-żgħar.
‘Vot lill-Alternattiva hu vot lil Alfred Sant’. Proprju huma li bl-intransiġenza tagħhom qed jimponu sistema elettorali fuq il-pajjiż li tiżgura kważi b’ċertezza li vot lil partit żgħir hu moħli, imbagħad għandhom il-wiċċ jisfruttaw in-nuqqasijiet li fiha s-sistema elettorali b’dan il-mod vili u partiġġan.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan