Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret mad-dawra tal-Belt, l-Alternattiva Demokratika (AD) il-bieraħ spjegat il-proposti tagħha dwar it-twaqqif ta’ sistema li tippermetti referenda lokali qabel l-approvazzjoni ta’ dawk il-proġetti ta’ żvilupp li jkunu jeħtieġu eżami għall-impatt ambjentali (Environmental Impact Assessment).
“Biex ir-residenti jkunu fl-aħjar qagħda li jiddeċiedu, irid jibda jingħata aċċess għall-istudji kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-proġett,” stqarr Harry Vassallo, iċ-Chairperson tal-AD.
Il-kandidat ta’ l-AD fuq il-Ħdax u t-Tielet Distrett, Carmel Cacopardo, spjega li l-proposti tal-AD jiffukaw fuq l-interessi tar-residenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Qal li miż-żjarat fid-djar li qed jagħmel jidher biċ-ċar li n-nies ta’ Marsaskala jippreferu xatt nadif fejn jkunu jistghu jgħumu milli yacht marina.
“Il-proposta ta’ l-AD dwar referenda lokali proprju tolqot dawn it-tip ta’ progetti,” sostna Cacopardo.
Wenzu Mintoff
GonziPN
Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.