MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

“Isma’ minni tiħux il-qagħqa” – Joe Saliba lil Lawrence Gonzi

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Li f’kampanja elettorali jkollok pressjoni minn ta’ madwarek biex ma ġġibx xi qagħqa bħala riżultat hi normali. Imma li tikser lill-Prim Ministru tiegħek u ma tħallihx jiekol qagħqa tal-ġulġlien li offrewlu n-nies hi xi ħaġa li fl-eqqel ta’ kampanja elettorali tistona bil-kbir.
Kien Joe Saliba, Segretarju Ġenerali tal-PN, li fi ftit sekondi rnexxielu jġib fix-xejn il-kariżma naturali li Gonzi għandu u laħaq wera man-nies f’Ħal Qormi.
Akkumpanjat minn numru ta’ persuni, fosthom l-eks Ministru John Dalli u l-kandidat Clyde Puli, Lawrence Gonzi l-bieraħ żar nofs tużżana ħwienet fil-qalba ta’ din il-belt. L-aħħar ħanut li daħal fih il-Prim Ministru, il-Maypole, jispeċjalizza fil-ħobż.
Fiż-żjara kollha Saliba dejjem baqa’ jistenna barra fit-triq u qatt ma daħal fil-ħwienet mal-Kap Nazzjonalista ħlief f’dan il-ħanut partikolari tal-ħobż.
Malli Lawrence Gonzi rifes l-għatba tal-ħanut laqgħetu riħa qawwija ta’ ħobż u qagħaq bnin. Kien f’dan il-punt li l-Prim Ministru ikkummenta dwar kif din ir-riħa tant kienet tfuħ li se taqsamlu qalbu. Fil-pront, bejn ċajta u oħra man-nisa tad-dar li nzertaw qed jixtru, waħda mill-ħaddiema kixfet tilar mimli qagħaq u offriet waħda lill-Prim Ministru.
Lawrence Gonzi kien diġà medd idu fuq il-qagħqa meta mix-xellug tiegħu Saliba ordnalu biex il-qagħqa ma joħodhiex. Lawrence għall-ewwel deher se jkompli jiġbed il-qagħqa lejh imma Saliba baqa’ jinsisti.
“Isma’ minni, toħodhiex. Issa nagħmluha f’baskett u ħudha wara,” ħambaq Saliba.
Fi ftit sekondi t-tbissima fuq wiċċ il-Kap Nazzjonalista għebet u viżibilment miksur b’dan l-atteġġjament għax żgur ma kienx qed jistenniha, Gonzi għamel li seta’ biex jinġabar u b’ton ċajtier qal: “Ara jien kemm qiegħed sew ma nistax nieħu qagħqa.”
Possibbilment kienet il-preżenza tal-ġurnalist Charlon Gouder u l-filmati ta’ ONE TV li wasslu lil Saliba biex b’għaġla joqtol dan il-ġest spontanju tal-Prim Ministru.
Iżda jekk is-Segretarju Ġenerali tal-PN rnexxielu jevita xi filmat ta’ Gonzi jmexmex il-qagħqa, Saliba aktar qabel ma seta’ jagħmel xejn milli jwaqqaf ġbid ta’ filmati ta’ partitarji Nazzjonalisti nisa li bla dubju paxxew il-lenti l-ħamra.
Fost dawn nisa jħanxru għanjiet partikolari fosthom: “għax għandna l-Gonzi magħna aħna magħqudin… għax għandna par idejn soooooodi aħna magħqudin.”
F’kumment lill-ġurnalisti fi tmiem din iż-żjara Lawrence Gonzi tenna l-wegħda tal-partit tiegħu li jekk jerġa’ jkun fil-Gvern l-ekonomija tkompli tissaħħaħ.
“Il-PN hu l-uniku partit li qed iwiegħed li sa l-2010 Malta tilħaq livell ta’ surplus…dan jintlaħaq b’ekonomija b’saħħitha,” qal Gonzi.
Iż-żjara tal-Prim Ministru kienet tinkludi bejn wieħed u ieħor sitt iħwienet magħżula minn qabel. Dawn kienu stationery, tal-laħam, ħanut tan-nuċċalijiet, wieħed tad-deheb, ħanut ta’ l-electronics u ħanut taż-żraben. Żewġ ħwienet oħra ma xtaqux lill-ġurnalisti jkunu preżenti.
Għall-kuntrarju ta’ dak mistenni Lawrence Gonzi evita li jmur il-monti li kien armat kantuniera ’l bogħod.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan