B’attakk dirett fuq dak li sejjaħ bħala monopolju ta’ l-MLPN għal dawn l-aħħar 50 sena, Josie Muscat ilbieraħ nieda l-manifest ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-elezzjoni.
L-għajta MLPN kienet intużat għall-ewwel darba mill-Alternattiva Demokratika fis-Snin Disgħin biex tiddistingwi lilha nnifisha miż-żewġ partiti l-oħra. Jidher li issa Muscat għamel din l-għajta tiegħu wkoll.
Id-dixxiplina fil-familja, fl-iskejjel u fix-xogħol tifforma l-qafas tal-manifest ta’ l-AN.
Bħala parti mill-bidla sħiħa fil-pajjiż Azzjoni Nazzjonali temmen li l-President għandu jkun elett mill-poplu.
“L-għan prinċipali hu li nnaqqsu l-poter tal-Gvern u jsaħħaħ dak tal-poplu, anke jekk niġu akkużati li aħna poplu tal-lemin estrem,” sostna Muscat.
B’riferiment għal partiti bħala MLPN Muscat qal li “intilfu fil-politika ta’ l-irkant u jippruvaw jirbħu b’wegħdiet sbieħ.”
Għaldaqstant bħala alternattiva l-pajjiż għandu bżonn li jirriforma l-isfera ta’ l-edukazzjoni. Il-kap tal-partit lissen l-idea li jkun hawn kulleġġi speċjalizzati f’Malta fejn “it-tfal mhux jiġu sfurzati jistudjaw, iżda jmorru l-iskola bi pjaċir.”
Il-kulleġġi li rrefera għalihom Muscat huma kulleġġi speċifiċi fejn student ikun jista’ jitgħallem iktar fuq il-linja tiegħu, kemm jekk hi arti, mużika jew teknoloġija.
Azzjoni Nazzjonali trid “tagħmel lil kulħadd sinjur żgħir” iżda dan ikun possibbli dment li jsir tibdil sostanzjali ta’ kif qed jitmexxa l-pajjiż.
“Min hu batut u bla mezzi qatt ma jista’ jgħid li hu liberu,” kompla jtenni l-kap.
AN qed tipproponi taxxa fuq id-dħul waħda (flat tax) ta’ madwar 18%. Muscat qal li “hemm bżonn riforma fil-ġbir ta’ taxxi għax dawn huma ta’ piż fuq in-negozju u n-negozjant.”
AN temmen li xejn u ħadd m’għandu jiġi qabel il-familja. Filwaqt li tisħaq fuq id-dritt ta’ l-ommijiet li joħorġu jaħdmu, “bl-ebda mod m’għandhom jiġu sfurzati jaħdmu minħabba l-qagħda finanzjarja tal-familja tagħhom,”enfasizza Muscat.
Wenzu Mintoff
GonziPN
Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.