Il-Ministeru ta’ l-edukazzjoni kkonferma ma’ Illum li ma nfetħet l-ebda inkjesta dwar l-inċident ta’ l-1 ta’ Frar meta fl-iskola Primarja ta’ Ħal Safi fil-Kulleġġ San Benedittu waqgħet lasta tal-futbol ħdejn numru ta’ studenti. Ħadd mit-tfal ma’ weġġa u b’xorti tajba kienet evitata diżgrazzja.
Kienet din il-gazzetta li bħal llum ġimgħa żvelat din l-istorja. Illum staqsiet jekk wara dan l-inċident infetħitx inkjesta, jekk iva meta nfetħet u jekk inħatrux esperti.
It-tweġiba tal-Ministeru kienet biss li: “Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għamel kuntatt ma’ l-iskola Kulleġġ San Benedittu, Primarja Safi. L-iskola tat rapport dwar dak li ġara.”
Staqsejna wkoll meta saret l-aħħar spezzjoni fuq din il-lasta mill-Awtorità tas-Sigurtà u Saħħa. Il-Ministeru sostna li “l-iskola kienet ħadet il-prekawzjonijiet kollha biex tassigura li jkun hemm sigurtà fl-iskola. Dan hu kkonfermat mir-rapport tal-Health and Safety Officer.”
Il-Ministeru qed jgħid li “id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jimpenja ruħu biex inċidenti bħal dawn jiġu evitati.” Madankollu ma qalx kif se jagħmel dan.
Wenzu Mintoff
GonziPN
Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.