MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Tonio Fenech skuża ruħu

Sabrina Agius

Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech ilbieraħ skuża ruħu maċ-Chairman ta’ l-Alternattiva Demokratika Harry Vassallo wara l-kumment barra minn loku li għadda fuq it-tifel tiegħu.
Nhar il-Ġimgħa, f’kumment li ta lil One News dwar id-donazzjoni mill-Fond għall-Kawżi Ġusti lil kumpanija privata, Fenech daħħal fil-kredu lit-tifel ta’ tmien snin ta’ Vassallo mingħajr bżonn. Hu kien qed iwieġeb mistoqsija dwar jekk kienx illegali li minn dan il-fond ibbenefika t-tifel ta’ l-Ispeaker, li għandu kumpanija kummerċjali.
Fenech kien pront wieġeb li “anki t-tifel ta’ Harry Vassallo u tfal oħra ibbenefikaw.”
L-AD ikkritikat l-aġir ta’ Fenech u sostniet li t-tifel ta’ Vassallo “ma missu qatt iżżeffen fin-nofs minn Tonio Fenech biex jipprova jiġġustifika l-għotja ta’ €35,000 mill-gvern sabiex ġiet organizzata din il-logħba.”
Mitlub jikkummenta fuq dan il-każ Fenech qal: “Jekk Harry Vassallo ħa għalih nixtieq napoloġizza.”
It-tifel ta’ Vassallo attenda għal-logħba Juventus-Valletta bħall-bqija tat-tfal l-oħra li jmorru n-nurseries tal-futbol u li ngħataw il-biljett b’xejn.
Intant waqt konferenza stampa l-Ġimgħa filgħaxija, Fenech baqa’ jsostni li ma kienx hemm ksur ta’ liġi u lanqas skopijiet politiċi wara d-deċiżjoni li ttieħdet għat-tqassim tal-fondi.

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan