MediaToday

Aħbarijiet | 10 ta’ Frar 2008 Nr 67

Min se jiffrankalna l-iktar taxxi?

Kurt Sansone

Il-proposti għal tnaqqis fit-taxxi li qed jagħmlu l-erba’ partiti politiċi huma indirizzati primarjament lejn dawk is-setturi fil-popolazzjoni li huma l-iktar inklinati li jivvutawlhom.
Analiżi tal-proposti turi kif it-tnaqqis fit-taxxi li qed iwiegħdu l-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Demokratika u l-Azzjoni Nazzjonali jolqot direttament lill-klassi medja u dawk bi dħul għoli filwaqt li l-proposta ta’ l-MLP taġevola l-iktar lill-ħaddiema bi dħul baxx u li jiddependu fuq is-sahra biex ikabbru d-dħul tagħhom.
Il-logħob bit-taxxi jidher li se jkun karatteristika tal-kampanja elettorali anki jekk għad hemm mistoqsijiet kbar x’jitwieġbu dwar kif se jkunu sostnuti dawn il-wegħdiet.
Minkejja l-kritika li kien għamel lill-Partit Laburista talli ma kienx qal kemm se tiswih il-proposta biex ma titħallasx taxxa fuq is-sahra, din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista għamel l-istess żball.

Meta nhar it-Tlieta Lawrence Gonzi ħabbar li gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed inaqqas it-taxxa tad-dħul b’mod aggressiv, naqas milli jgħid kemm se jiswew il-proposti tiegħu. Kien biss wara li saritlu pressjoni li Gonzi nhar il-Ġimgħa ħabbar iċ-ċifra ta’ €46.5 miljun (Lm20 miljun).
F’dawk li jistgħu jitqiesu bħala l-ewwel wegħdi elettorali konkreti tal-PN, nhar it-Tlieta Gonzi qal li gvern ġdid se jkun qed iwessa’ l-faxex tat-taxxa biex l-ogħla rata ta’ taxxa, 35 fil-mija, titħallas biss minn dawk li jaqilgħu iktar minn €60,000. Dan ifisser li l-massimu ta’ taxxa li titħallas mill-maġġoranza assoluta tan-nies tkun ta’ 25 fil-mija.
Gonzi wiegħed ukoll li n-nisa li jkollhom tarbija ma jħallsux taxxa fuq id-dħul għal sena sħiħa għal kull wild li jkollhom.
Il-Prim Ministru qal li l-proposti se jistimulaw iktar attivita ekonomika u f’sentejn il-Gvern jirkupra t-telf mill-Kaxxa ta’ Malta għax tkun kibret l-ekonomija.
Dan il-kliem jixxibah ħafna ma’ dak tal-Partit Laburista li jsostni li l-wegħdiet tiegħu jistgħu jkunu finanzjati minn tkabbir ekonomiku ta’ bejn erbgħa u sitta fil-mija.
Il-proposta ewlenija li qed jagħmel l-MLP fil-qasam tat-taxxi hi li s-sahra ma tkunx taxxabbli. Skond ċifri li ħadem l-MLP din il-wegħda tkun tfisser telf ta’ madwar €4.7 miljun (Lm2 miljuni) lill-Kaxxa ta’ Malta.
Fl-istess ġimgħa l-Alternattiva Demokratika wkoll tkellmet fuq pakkett li jistimula l-ekonomija inkluż proposta biex l-ogħla rata tat-taxxa tinżel minn 35 fil-mija għal 30 fil-mija. Madankollu, l-AD hi l-uniku partit li qed tipproponi miżura alternattiva biex tagħmel tajjeb għal xi telf li jista’ jkollu l-Gvern. Il-Ħodor qed jipproponu li l-ogħla taxxa fuq il-banek titla’ għal 40 fil-mija biex tpatti ftit għat-telf li se jkollha l-Kaxxa ta’ Malta bit-tnaqqis fit-taxxa fuq kulħadd.

 

Intervista
L-ewwel kandidat dikjarat gay

Julia Farrugia tintervista lil Patrick Attard


Editorijal

Il-karrotta tat-taxxi


Il Punt
Min bix-xabla jagħti
Gino Cauchi


TONI u PEPPI
X'jgħodd: il-mexxej jew il-politka tal-partit?


Emmanuel Micallef
Kalma u trankwillità


Carmelo Mifsud Bonnici

Soċjetà li ma tiqafx



X'kien Jgħid
Zugraga



Wenzu Mintoff

GonziPN

Gonzi for President of the United States of Malta. Kienet ilha ttekktek li n-Nazzjonalisti kienu se jaħdmu din il-kampanja elettorali fuq il-mudell Amerikan, bil-First Lady, bil-bżieżaq, fanfarri u biċ-chewing gum kollu li jgħaqqad il-politika Amerikana.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


Intervisti ta' qabel

03-02-08
Clyde Puli

27-01-08
Charlie Azzopardi

20-01-08
Mary Spiteri

13-01-08
Jason Micallef

06-01-08
Koppja gay

23-12-07
Edwin Grech

23-12-07
Ray Calleja

16-12-07
Victor Scerri

09-12-07
Reno Calleja

02-12-07
Walter Ahar

 

 

 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe
Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan